Dizastru fil-Pixxina Nazzjonali

(02-04-2007)

F’dawn l-ahhar snin it-telqa fil-Pixxina Nazzjonali gewwa Tal-Qroqq saret xi haga normali. U dan meta din hija l-unika pixxina li tista’ tilqa’ fiha certu tip ta’ kompetizzjonijiet internazzjonali ta’ livell. Barra minn dan tajjeb infakkru wkoll li din l-istess pixxina ta’ kull sena f’dawn l-ahhar snin qed tkun maghluqa ghal aktar minn tlett xhur shah suppost biex isir xoghol ta’ maintenance. Huma bosta dawk li huma tal-fehma li aktar qed taghlaq biex jigi ffrankat il-fuel biex tigi msahhna l-pixxina milli biex isir ix-xoghol li huwa mehtieg, anke minhabba xoghol hazin li sar fuq medda ta’ snin.

Il-fatti jikkonfermaw dan ghax meta l-Pixxina Nazzjonali regghet fethet wara xhur shah maghluqa jidher evidenti li mhux ix-xoghlijiet kollha saru, anzi ghad hemm periklu shih ghal dawk li ghadhom jiffrekwentaw il-pixxina f’Tal-Qroqq. Bhas-soltu taht dan il-gvern hadd m’hu responsabbli. Ma nistghux nibqghu sejrin hekk. Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Zghazagh u Impjiegi, Louis Galea li suppost huwa responsabbli anke mill-isport, ghandu jwiegeb ghal dan id-dizastru li jezisti fil-Pixxina Nazzjonali.

L-apatija tal-Ministru tidher ukoll meta diversi facilitajiet sportivi jinsabu f’telqa u allura mhux qed jigu utilizzati kif jixraq.


Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista dwar l-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh

Dr. Justyne Caruana
Kelliema Laburista dwar iz-Zghazagh u Sport

© 2008 - Justyne Caruana