Ma naqbulx ma’ zieda fl-eta ta’ l-irtirar u fiz-zmien li fuqu tigi kkalkolata l-pensjoni - Dr Alfred Sant

(09-07-2006)

Il-Partit Laburista ma jaqbilx li mis-sena d-diehla ghandha tizdied l-eta ta’ l-irtirar u ma jaqbilx li mis-sena d-diehla l-pensjoni tkun ikkalkolata fuq 40 sena minflok fuq 30 sena. Dan qalu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant meta dal-ghodu kien qieghed jindirizza laqgha ta’ diskussjoni fic-centru Laburista tar-Rabat.

Mudell ta’ tmexxija

Dr Sant qal li fl-ahhar gimghat u xhur il-Partit Laburista offra mudell ta’ tmexxija ghal pajjizna u mudell ta’ kif jistghu jsiru l-affarijiet bis-sehem ta’ dawk kollha f’pajjizna li huma ta’ rieda tajba. Il-Partit Laburista jemmen f’socjeta partecipattiva ghaliex il-fehma ta’ kulhadd tiswa.

Matul l-ahhar gimghat u xhur il-Partit Laburista kien ghaddej b’qawwa fuq hafna xoghol politiku. Il-poplu llum irid il-bidla. Irid gvern li jirrfletti l-aspirazzjonijiet tieghu. L-impenn tal-Partit Laburista huwa dak li jgib il-bidla li jrid il-poplu u li jibqa` jkun ta’ servizz ghall-familji Maltin u Ghawdxin billi jipprovdi pjan ghal bidu gdid.

Bidla ghall-ahjar

Il-gvern ta’ Gonzi ilu xhur jiftahar li l-hidma tieghu hija immirata biex ilkoll nghixu ahjar. Izda mill-laqghat li l-Partit Laburista qed ikollu mal-Maltin u ma’ l-Ghawdxin, qal Dr Sant, qed johrog car kemm il-gvern huwa skonettjat mill-poplu ghaliex il-poplu mhux jghix ahjar. L-impenn tal-Partit Laburista jibqa` dak li jiltaqa mal-poplu u l-mira hija li sa kemm tasal l-elezzjoni generali jkun iltaqa wicc imb wicc ma’ tlieta minn kull erba Maltin u Ghawdxin.

Il-Mexxej Laburista semma x-xoghol kbir li l-Partit Laburista kien ghaddej bih matul l-ahhar gimghat bi thejjija ghall-konferenza generali straordinarja ta’ gimghatejn ohra. Qal li jinsab kburi bix-xoghol ta’ konsultazzjoni li sar fuq l-abbozz ta’ pjani Laburisti ghall-industrija, s-sahha, Ghawdex u l-edukazzjoni. Dax-xoghol jirrifletti l-impenn tal-Partit Laburista li jibdel lil pajjizna ghall-ahjar, permezz ta’ weghdiet realistici li jistghu jsehhu.

Pensjonijiet

Matul l-ahhar xhur, qal Dr Sant, il-Grupp Parlmentari Laburista kien ghaddej ukoll b’hidma shiha biex johrog bil-fehma tieghu ghall-proposti tal-Prim Ministru ghal tibdil fis-sistema tal-pensjoni kontributorja. Qal li l-Grupp Parlamentari Laburista m’ghandu ebda misthija li dam erba xhur biex wasal ghall-veduti tieghu.

Il-Mexxej Laburista fakkar kif in-Nazzjonalisti ilhom 15 – il sena ghaddejin bix-xoghol fuq l-isptar il-gdid, ilhom 10 snin ghaddej fuq ix-xoghol fuq il-mollijiet ta’ l-Imgarr u tac-Cirkewwa u ilhom sentejn biex johorgu bi pjan ghat-turizmu.

Dr Sant iddeskriva d-diskussjonijiet li saru fil-Grupp Parlamentari Laburista dwar il-pensjonijiet bhala intensivi hafna. Qal li l-Grupp wasal ghall-qbil li l-ewwel nett ghandu jkun hemm kunsens qabel tintmiss is-sistema tal-pensjonijiet. Mhux veru li l-Prim Ministru Gonzi ghandu xi mandat elettorali biex ibiddel il-pensjonijiet.

Il-Mexxej Laburista qal li mhux veru li l-pensjonijiet se jikkrollaw fi zmien 5 snin ohra ghaliex l-istudji kollha juru illi qabel is-snin 2025 u 2030 mhux se jkun hemm problemi. Dr Sant qal li n-Nazzjonalisti ilhom sa mill-1998 ghaddejin bl-istudji dwar il-pensjonijiet izda meta gie ghas-si u n-no hareg biss b’zieda fl-eta ta’ l-irtirar u zieda fiz-zmien li fuqu tigi kkalkolata l-pensjoni. Dan huwa biss dahk fil-wicc.

Minn naha tieghu l-Partit Laburista ma jaqbilx li mis-sena d-diehla ghandha tizdied l-eta ta’ l-irtirar u ma jaqbilx li mis-sena d-diehla l-pensjoni tkun ikkalkolata fuq 40 sena minflok fuq 30 sena.

Kalendarju

Il-Grupp Parlamentari Laburista qed jipproponi li l-partiti politici rapprezentati fil-Parlament iweghdu fil-manifesti elettorali taghhom ghall-elezzjoni li gejja, riforma fis-sistema tal-pensjonijiet mahsuba biex tiggarantixxi sostenibbilta` u adekwatezza.

Fis-sena 2009 ghandhom jinzammu konsultazzjonijiet wiesgha fuq bazi nazzjonali mac-cittadini u mal-forzi socjali kollha nvoluti fil-qasam tal-pensjonijiet. Wara titwaqqaf konferenza ta’ esperti biex tohloq xenarju ta’ bidliet u riformi li jigu pubblikati f’forma ta’ White Paper.

Dr Sant qal li l-Grupp Parlamentri Laburista qieghed jipproponi wkoll li fis-sena 2010, f’kungress nazzjonali, l-forzi politici u socjali kollha jaqblu dwar kif ghandha ssehh ir-riforma vera fis-sistema tal-pensjonijiet, li titwettaq mis-sena 2011 ’il quddiem u li thares l-interessi tas-saffi kollha tac-cittadini skond il-gustizzja socjali.

Riforma shiha

Dan kollu jintrabat mal-htiega li l-ekonomija tirranka u ma’ riforma fl-oqsma socjali kollha, bhas-sahha, is-servizzi socjali u l-pensjonijiet mhux kontributorji u riforma shiha dwar kif tithaddem il-politika ghall-anzjani. B’dal-mod, qal Dr Sant, il-Partit Laburista qed joffri kalendarju ta’ kif ghandhom isiru l-affarijiet ibbazat fuq ir-realtajiet u c-cirkostanzi veri ta’ pajjizna.

Il-Mexxej Laburista semma wkoll kif il-Grupp Parlamentari Laburista qabel li ghandu jkun hemm zieda minn issa fl-oghla pensjoni, ta’ zewg terzi tad-dhul massimu pensjonabbli, liema zieda ghandha tikkumpensa ghall-bidliet ekonomici u socjali li sehhew mill-1981 meta l-oghla pensjoni giet stabbilita l-ahhar. Fl-istess hin l-impenn Laburista biex min ghandu pensjoni tas-servizzi Inglizi ma taffetwalux l-pensjoni taz-zew terzi, ghadu hemm u gvern Laburista jsostnih, kif kien beda jaghmel bejn l-1996 u l-1998.

Test tad-demokrazija ghall-PN

Fid-diskors tieghu dal-ghodu l-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar il-mod li bih il-gvern ta’ Gonzi qed juza lil Ghawdex bhala skuza biex jerga jibdel id-distretti elettorali f’Malta. Dr Sant qal li l-Partit Laburista jaqbel li jkun tajjeb li Ghawdex ikun distrett elettorali wiehed fl-istess hin li d-distretti jkunu distretti gusti. Qal li mill-1976 ‘l hawn kien hemm hafna drabi li d-distretti ma kienux gusti u dawk li ghandna llum huma l-iktar gusti mill-1976 ‘l hawn ghaliex min ikollu maggoranza ta’ 10,000 vot, ikollu maggoranza ta’ 3 siggijiet fil-parlament.

In-Nazzjonalisti izda ma jaqblux ma’ dawn id-distretti u qed juzaw lil Ghawdex bhala skuza biex ibiddlu id-distretti ta’ Malta. Dr Sant qal li fil-parlament dil-gimgha l-Partit Laburista ippropona li d-distretti ta’ Malta jibqghu l-istess kif inhuma bhal issa, hlief li Ghajnsielem imur lura ma’ Ghawdex.

In-Nazzjonalisti izda lanqas kellhom id-dicenza li fil-media taghhom jinformaw lill-poplu b’dil-proposta. Dan izda huwa t-test tad-demokrazija ghan-Nazzjonalisti, jekk hux lesti jaccettaw il-qbil li qed joffri l-Partit Laburista, li huwa konfromi mal-kostituzzjoni u li ghandu jiccara kull suspsett.

Dwar dak li intqal minn Nazzjonalisti fuq id-deputata Laburista Ghawdxija Dr Justyne Caruana ghaliex din ma tkellmitx fil-parlament, Dr Sant qal li Dr Caruana mhux talli taqbel ma’ dak li qed jghid il-Partit Laburista, anzi fil-jiem li gejjin se tkun qed titkellem fl-aggornament fil-parlament biex tesprimi dan il-qbil. Fl-istess hin, spjega l-Mexxej Laburista r-regola tal-Grupp Parlamentari Laburista hija li meta seduta tkun wahda u tkun qed tiddiskuti suggett kbir jitkellem il-kelliem ewlieni tas-sugget, u l-Mexxej jew id-deputat mexxej.

Integrita tal-parlament


Dwar il-parlament ukoll, Dr Sant qal li l-Grupp Parlamemtari Laburista, isirulu kemm isirulu akkuzi, se jibqa` jishaq li l-gvern jirrispetta l-integrita tal-parlament. Il-Grupp Laburista m’ghandu ebda misthija li d-diskussjoni fil-parlament fuq mozzjoni imressqa minnu damet ghaddeja ghaxar sieghat ghaliex dan ma kienx hela ta’ hin.

Il-Mexxej Laburista ghamilha cara li jekk il-gvern se jibqa ghaddej bl-attutudni li ghaliex ghandu maggoranza ta’ hames deputati jista jibqa ghaddej bhal romblu, il-Grupp Laburista lest jerga jitlob dibattitu iehor bhal dak ta’ dil-gimgha u jkun lest jiehu anki mizuri ohra.

Gvern skonettjat

Fid-diskors tieghu Dr Sant tkellem ukoll dwar diversi kazijiet li jikkonfermaw li l-gvern ta’ Gonzi huwa skonettjat minn dak li qed ihoss il-poplu. Semma l-ixkora ta’ korruzzjoni ta’ l-estensjoni taz-zoni ta’ l-izvilupp, u qal li sahansitra hafna Nazzjonalisti huma irrabjati ghall-gvern ghal mod kif qed isiru l-affarijiet.

Irrefera wkoll ghall-inkompetenza tal-gvern fil-kaz tal-progett tal-park and ride u qal li s-suspett huwa li minn froga wahda se ssir froga ohra. Dwar ir-riforma fil-portijiet, il-Mexxej Laburista qal li wara li l-gvern dam jghid li dir-riforma se twassal ghal rohs fit-tariffi, fil-verita fil-jiem li ghaddew kellna konfuzjoni, tahwid u strajkijiet u hadd ma jaf x’inhu ghaddej. Dr Sant qal li pajjizna illum spicca bil-fatti pajjiz tal-mickeymouse.

Il-Mexxej Laburista semma wkoll lis-Segretarju Parlamentari Tony Abela li qed jiddefendi ruhu billi jghid li huwa qieghed fil-politika biex jaqdi. Dan izda, qal Dr Sant, ma jistax jaghmlu billi jhallat ix-xoghol tieghu fl-ufficcju tal-Prim Ministru max-xoghol professjonali tieghu ta’ nutar.

Tony Abela ghandu d-drawwa li apparti milli jibghat ittri personali tieghu fuq il-letterhead ta’ l-ufficcju tal-Prim Ministru, juza wkoll it-timbru ta’ l-ufficcju tal-Prim Ministru u jippretendi li dawn mhux ittri ufficcjali izda personali. Il-Prim Ministru Gonzi jaf b’dawn l-affarijiet u mhux talli ma hux iwaqqafhom. talli qieghed japprovhom.

© 2008 - Justyne Caruana