|
Delegazzjoni mill-Partit Laburista immexxija mill-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant dal-ghodu ghamlet zjara ta' kortezija lill-Isqof t'Ghawdex, Mario Grech, fl-okkazjoni tal-festi tal-Milied u s-sena l-gdida.
Matul din iz-zjara, z-zewg nahat tkellmu dwar il-bzonnijiet li ghandha l-gzira Ghawdxija u l-poplu Ghawdxi.
Minn naha tieghu Dr Sant qal li l-Partit Laburista minn dejjem kien, ghadu u se jibqa' jahdem favur aktar zvilupp u holqien t'opportunitajiet godda fil-gzira Ghawdxija. Spjega kif li f'dawn l-ahhar xhur, il-Partit Laburista kien qieghed isegwi mill-qrib il-hidma li jinsab ghaddej biha l-Isqof Grech fid-djocesi Ghawdxija.
Dr Sant tkellem ukoll dwar il-hidma li ghaddej biha bhalissa l-Partit Laburista b'mod specjali fejn jidhol il-qasam socjali. Qal li bhalissa l-Partit Laburista qieghed jifformola l-politika socjali tieghu, liema politika qed tirrikonoxxi r-realtajiet tal-poplu u tirriaffirma l-valuri tieghu. Zied li l-politika Laburista tirrikonoxxi l-valuri nsara u Kattolici tal-poplu taghna.
Dwar Ghawdex, qal li l-Partit Laburista jrid johrog l-aspett naturali, storiku u turistiku tal-gzira u wieghed li se jibqa' jimpenja ruhu sabiex johloq opportunitajiet godda ta' mpjiegi ghall-Ghawdxin. Filwaqt li esprima s-sodisfazzjon tieghu ghall-hidma li qed iwettqu d-deputati, kandidati u kunsilliera Laburisti Ghawdxin, Dr Sant wieghed li dawn se jibqghu jahdmu id f'id ma' l-awtoritajiet ekklesjastici t'Ghawdex.
Min-naha tieghu, l-isqof t'Ghawdex qal li kull laqgha li jkollu ma' kull persuna jqisha bhala importanti, aktar u aktar meta jkollu laqghat ma' nies involuti fil-hidma politika. Monsinjur Mario Grech wera l-apprezzament tieghu ghall-fatt li l-Partit Laburista jirrikonoxxi l-valuri nsara u Kattolici u zied li hu jinsab fil-kariga tieghu mhux biss biex jaqdi missjoni religjuza izda wkoll biex jahdem favur l-izvilupp tal-poplu Ghawdxi.
Fi tmiem il-laqgha, Dr Sant ipprezenta lil Monsinjur Grech rigal ta' l-okkazzjoni. Prezenti ghaz-zjara kien hemm ukoll iz-zewg deputati Mexxeja Laburisti Dr Charles Mangion u Dr Michael Falzon, flimkien mad-deputati Laburisti ghal Ghawdex Dr Justyne Caruana u Dr Anton Refalo.
|