|
Matul l-ahhar jiem tax-xahar ta’ Gunju, saru l-iSpecial Oympics f’Dublin l-Irlanda, ghall-persuni bi bzonnijiet specjali. Dan l-avveniment sportiv, li jsir darba kull erba’ snin, huwa avveniment li dejjem qed isir aktar popolari fid-dinja. Din ukoll kienet l-ewwel darba li atleti Maltin hadu sehem fil-loghob dinji, wara li fil-passat hadu sehem fil-loghob Ewropew.
Nifirhu lill-atleti kollha li hadu sehem f’dan il-loghob, kif ukoll lill-persuni l-ohra li kienu jiffurmaw parti mill-kontingent Malti. L-atleti Maltin hadu sehem f’erba’ dixxiplini sportivi u rnexxielhom jirbhu 27 midalja – rizultat tajjeb hafna li jaghmel unur lill-pajjizna.
Tajjeb li bhala pajjiz niehdu din l-okkazzjoni sabiex nirriflettu ftit dwar jekk hux qed naghmlu u nahdmu bizzejjed halli naghtu verament opportunitajiet indaqs lil dawn il-persuni, li fl-ahhar mill-ahhar ghandhom l-istess aspirazzjonijiet bhal kull persuna ohra. Ghalkemm il-ligi Opportunitajiet Indaqs kienet pass ‘il quddiem, certament li ghad fadal aktar xi jsir u jkun zball jekk inserrhu rasna biss fuq il-ligi minghajr ma nmiddu ghonqna biex nattwaw fil-prattika dak li hemm miktub.
Huwa necessarju li fl-inizjattivi kollha li jittiehdu, jinghata kunsiderazzjoni u attenzjoni serja lill-bzonnijiet u lill-htigijiet li jippermettu lill-persuni bi bzonnijiet specjali jiehdu sehem shih f’dak kollu li huwa ta’ interess ghalihom.
Hekk nghidu ahna huwa tajjeb u bzonjuzz li l-facilitajiet sportivi f’pajjizna jkunu tajbin ghal uzu partikolari tal-htigijiet sportivi tal-persuni b’dizabilita’. Ghalhekk inheggu lill-Gvern kif ukoll lill-Kunsill Malti ghall-iSport sabiex jaghti aktar kaz ta’ dawn il-bzonnijiet kif ukoll jaghmel mill-ahjar li jista’ sabiex il-facilitajiet sportivi jkunu iktar accessibbli ghall-persuni b’dizabilita’.
Fl-ahharnett nawguraw li s-socjeta’ Maltija tkun aktar inklussiva u toffri opportunitajiet ghal kulhadd, mhux l-anqas lill-persuni bi bzonnijiet specjali.
Carmelo Abela MP
Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppozizzjoni
Laburista ghall-Edukazzjoni, Kultura
U Zaghzagh
Dr. Justyne Caruana MP
Kelliema ta’ l-Oppozizzjoni
ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura
|