![]() |
||||
|
Stqarrija
OASI |
||||
|
Bhala Kellieam ghaz-Zghzagh, Kultura u Sports tal-Partit Laburista fl-okkazzjoni ta' l-oghti tal-premju Zaghzugh/a tas-sena 2003 imtella` mill-Fundazzjoni OASI, nixtiequ nifirhu lil Aurelio Tanti zaghzugh min Had-Dingli rebbieh tal-premju ta' din is-sena. Filwaqt li nifirhu lin-nominati kollha, nixtiequ nesprimu s-sodisfazzjon taghna tal-mod ta' kif dawn iz-zghazagh qed jiddedikaw il-hin taghhom f'hidma sfieqa ta' volontarjat a beneficcju ta' haddiehor u ghall-gid tal-komunita` fejn dawn iz-zghzagh jezercitaw l-operat taghhom - operat ta' min ifahhru, jinkoraggixxih u joffri kull ghajnuna possibbli. Dan il-premju huwa ezempju car u konkret ta' l-energija zaghzugha u l-manifestazzjoni taghha fejn tidhol l-ghajnuna dizinteressata fil-konfront tal-proxmu. Il-volontarjat huwa aspett importanti fis-socjeta` taghna iktar u iktar meta nqisu l-problemi socjali li hawn f'pajjizna. F'dan il-kuntest iz-zghazagh taghna qed iwiegbu ghall-bzonnijiet socjali ta' diversi membri tal-komunita` u dan il-premju huwa appuntu rikonoxximent ghax-xoghol siewi li dawn l-istess zghazagh jaghmlu li jista` anke jservi ta' incentiv biex iktar zghazagh jaghtu l-kontibut siewi taghhom. Fl-istess waqt niehdu l-opportunita` sabiex infahhru u nirringrazzjaw
lill-Fundazzjoni OASI tax-xoghol siewi li taghmel maz-Zghazagh Ghawdxin
u Maltin fil-glieda kontra d-droga, vizzji u diversi problemi socjali.
Nafu li l-Fundazzjoni OASI ghandha bzonn hafna fondi biex tkompli topera.
Hija hasra li l-Gvern prezenti naqqas l-fondi allokati lil din l-Fundazzjoni
u ahna bhala Kelliema ghall-Opposizzjoni nheggu l-Gvern sabiex jaghraf
ix-xoghol u rwol importanti ta' din il-Fundazzjoni u joffri kull support
u ghajnuna possibbli kontra l-glieda kontra l-vizzji.
|
||||
|
©
2005 - Justyne Caruana
|