![]() |
||||
|
Stqarrija
Maltapost |
||||
|
L-Opposizzjoni Laburista permezz ta’ din l-istqarrija qed turi l-ghadab taghha ghal-mod ta’ kif seba` haddiema tal-Maltapost Ghawdxin li jahdmu f’Ghawdex gew mgharrfa permezz ta’ ittra li mill-lum ghall-ghada ser ikollhom jirrapurtaw ghax-xoghol go ferghat tal- Maltapost f’Malta. Din id-decizjoni ttiehdet minhabba esigenzi tal-Maltapost u l-istess Maltapost qed tghid li ma huwiex vijabbli li zzomm dawn il-haddiema jahdmu f’Ghawdex. Din id-decizzjoni hija konsegwenza ta’ decizjoni li kellha tittiehed sena ilu li l-Maltapost kellha tnaqqas il-haddiema. Fil-fatt kienet giet anke ccirkulata ittra nterna fejn gie anke specifikat in-numru ta’ haddiema li kellhom jigu ddikjarati bhala ‘redundant’. Din id-decizjoni mbaghad giet posposta ghax kienet gejja l-elezzjoni u issa li l-elezjoni ghaddiet qed jergghu jittiehdu decizjonijiet a detriment tal-haddiema. Fil-fehma tal-Partit Laburista l-mod ta’ kif dawn il-haddiema Ghawdxin gew trasferiti lejn Malta huwa trattament inuman u li zgur ma jawgurax tajjeb ghas-sitwazzjoni generali tal-kundizzjonijiet tal-haddiema. Din hija anomalija ghaliex fejn jidhol il-Management tal-Maltapost nafu kif Lm300,000 gew misluha minn fuq dahar il-poplu. Il-Partit Laburista fil-kaz ta’ dawn il-haddiema jsostni li dawn ma ghandhomx ikunu l-vittmi in konsegwenza tar-ristrutturar bla hsieb u nuqqasijiet tal-Management tal-Maltapost. Ma nistghux nittolleraw sitwazzjoni fejn esigenzi ta’ korporazzjoni jew dipartiment f’Malta li jinholqu minhabba ristrutturar bla hsieb u nuqqasijiet ikunu l-bazi ta’ decizjonijiet fejn haddiema Ghawdxin jigu trasferiti lejn Malta kif gara fil-kaz tal-haddiema tal-Maltapost u in precedenza l-haddiema tal-PBS. Il-Partit Laburista
bl-ghajta Xoghol, Harsien, Dinjita` filwaqt li jesprimi s-solidarjeta`
tieghu
ma dawn il-haddiema ser jaghmel kull pressjoni
possibbli sabiex id-drittijiet ta’ dawn il-haddiema jigu mharrsa. |
||||
|
©
2005 - Justyne Caruana
|