Dr Alfred Sant izur il-kumpless ta’ Magro Brothers f'Ghawdex

(18-08-2006)

Delegazzjoni mill-Partit Laburista mmexxija mill-Mexxej Laburista, Dr Alfred Sant, il-bierah zaret il-kumpless ta’ Magro Brothers (Foods) Limited fix-Xewkija, f’Ghawdex, wara stedina li saritilhom mill-kumpanija Ghawdxija.

Tul iz-zjara l-Managing Director ta’ Magro Brothers (Foods) Ltd., John Magro, dawwar lid-delegazzjoni Laburista mac-centru gdid Savina u l-fabbrika ta’ produzzjoni. Is-Sur Magro spjega l-iskop wara c-centru l-gdid u l-prodotti Savina li qeghdin jimmanifatturaw. Huwa qal li l-iskop hu li kemm jista’ jkun jipprezentaw prodotti varji li jirriflettu s-soc-jetà Ghawdxija.

Il-Mexxej Laburista qal li l-izvilupp tac-centru Savina hu unur ghall-Maltin u l-Ghawdxin, kuncett mibni b’mod professjonali. Fahhar l-istandards gholjin li l-kumpanija qieghda tipprezenta li haqqhom kull appogg.

Dr Sant zied jghid li permezz ta’ marketing professjonali dawn il-prodotti jistghu jittiehdu mit-turisti lura maghhom bhala tifkira tat-tradizzjonijiet li jsawru l-kultura ta’ pajjizna. Il-Mexxej Laburista qal li dan jista’ jsir meta t-turizmu jerga’ jiehu r-ruh wara d-daqqa ta’ harta li ghaddej minnha bhalissa, u fl-istess hin irrimarka li l-kuncett li qeghdin jaddottaw il-kumpanija Magro Brothers (Foods) Ltd jidhol fil-qafas tal-Pjan Regjonali ghal Ghawdex li hejja l-Partit Laburista.

Id-delegazzjoni Laburista kienet tinkludi lill-Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, il-Kelliem Ewlieni ghar-Regjun ta’ Ghawdex, Dr Anton Refalo, id-Deputata Laburista, Dr Justyne Caruana, il-kandidat Laburista, Joe Cordina, flimkien ma’ l-ufficjali tal-kumitat distrettwali tal-Partit Laburista f’Ghawdex Karmena Said u Guza Cassar.

© 2008 - Justyne Caruana