|
Bl-abbozz ta’ pjan tieghu ghall-qasam edukattiv l-Partit Laburista qed juri l-htiega li jkun hemm titjib mill-qiegh fis-sistema edukattiva, waqt li qed jaghti importanza lill-izvilupp uman shih. Il-Partit Laburista fl-abbozz tieghu qieghed jirrealizza li hemm bzonn li bhala pajjiz ninvestu f’servizzi edukattivi, jigifieri f’edukazzjoni kumplimentari fl-oqsma kollha ta’ l-izvilupp uman. Dan qalu John Bencini, l-President tal-Malta Union of Teachers (MUT) f’laqgha ta’ konsultazzjoni ma’ delegazzjoni tal-Partit Laburista dwar l-abbozz Pjan ta’ Politika ghall-qasam edukattiv f’Malta u Ghawdex.
Il-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant qal li l-Partit Laburista waqt li jirrikonoxxi li pajjizna ghandu problemi finanzjarji, se jizgura li l-investiment fl-edukazzjoni jibqa` priorita, kif ghamel bejn l-1996 u l-1998. Fl-istess hin il-Partit Laburista jemmen li imbaghad ghandu jkun zgurat li r-rizorsi fl-edukazzjoni jithaddmu b’mod efficjenti u bis-sehem ta’ dawk kollha involuti. Il-Partit Laburista jemmen f’socjeta partecipattiva fejn kull min ikun involut jinghata lehen.
Ghall-Partit Laburista, is-settur ta’ l-edukazzjoni jibqa` fuq quddiem nett fl-agenda tieghu. Dr Sant qal li l-Partit Laburista huwa inkwetat bil-fatt li pajjizna mhux jilhaq il-miri fl-istrategija ta’ Lisbona. Dan xejn ma huwa certifikat tajjeb ghal pajjizna. Minn naha nghidu li l-aqwa rizorsa ta’ pajjizna huma l-bnedmin, izda minn naha l-ohra meta mqabbel ma’ pajjizi ohra, pajjizna mhux jaghti bizejjed mezzi edukattivi liz-zghazagh taghna biex ikunu jistghu jikkompetu fid-dinja tax-xoghol, qal Dr Sant.
Il-Partit Laburista jrid li bla ma jgib tharbit fis-sistema edukattiva, iwassal ghal titjib sostanzjali fi zmien accettabbli. Hemm bzonn li jkunu indirizzati n-nuqqasijiet fl-oqsma ta’ l-istudji tax-xjenza u tat-teknologija ta’ l-informatika waqt li hemm bzonn ukoll li l-kurrikulu minimu nazzjonali jkun implimentat bis-sahha li hemm bzonn. Trid tkun indirizzata wkoll il-problema ta’ l-illiterizmu fost iz-zghazagh.
John Bencini, il-President tal-MUT semma l-abbozz ta’ ligi li jemenda l-att dwar l-edukazzjoni u qal li l-MUT dahlet ghad-diskussjonijiet dwar dawn l-emendi b’mod apert. L-MUT lesta li tikkopera sakemm tkun sodisfatta li fl-ahhar mill-ahhar it-tibdiliet li se jitwettqu jgibu tibdiliet li minnhom igawdu t-tfal u tinhass bidla radikali fil-klassi.
Meta semma l-kuncett tal-kulleggi, Bencini qal li l-MUT taqbel sakemm dawn igibu titjib fil-kwalita` ta’ l-edukazzjoni u sakemm kif qed jghid il-Partit Laburista, dis-sistema ma tkunx karaterizzata mill-burokrazija. Il-President tal-MUT ippropona li l-Partit Laburista fl-abbozz tieghu jaghmel riferenza ghall-holqien ta’ Kunsill ghall-Ghalliema waqt li esprima rizervi dwar il-proposta Laburista li l-edukazzjoni obbligatorja titla ghal 17 – il sena. Qal li dwar din l-ahhar proposta hemm bzonn ta’ iktar diskussjoni u studji.
Prezenti ghall-laqgha ghan-naha tal-Partit Laburista kien hemm ukoll is-Segretarju Generali Jason Micallef, il-kelliem ewlieni ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh Carmelo Abela u l-kelliema ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura Dr Justyne Caruana.
|