Il loghob tal-pajjizi z-zghar

(11-06-2007)

Il-Partit Laburista jilqa’ lura f’pajjizna lill-kontingent Malti li ha sehem fil-loghob tal-pajjizi z-zghar gewwa Monaco. Barra minn dan nixtiequ li niehdu din l-okkazjoni sabiex nifirhu lil kull atleta li ppartecipa u lil dawk kollha li kienu ta’ ghajnuna ghalihom waqt dan il-loghob.

Tislima specjali tmur ghal dawk kollha li rebhu xi midalja. Din il-midalja naturalment tfisser hafna u huwa l-premju misthoqq wara tant sagrificcji. Lill-atleti l-ohra li ma kisbux midalji, dan ghandu jkun stimulu fih innifsu halli jaghmlu sforz ikbar f’kompetizzjonijiet successivi li gejjin.

Ghalkemm jidher li l-objettivi li kien immira ghalihom il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) ma gewx milhuqa xorta wahda nifirhu lill-istess KOM ghall-mod denju u serju li bih ippreparaw u ppartecipaw f’dan il-loghob.

Fl-ahharnett dan il-loghob ghandu jistimulana bhala pajjiz halli naghtu mportanza u attenzjoni akbar lill-isport kif fl-ahhar mill-ahhar hemm iddikjarat fl-abbozz ta’ stqarrija ta’ vizjoni dwar l-isport u l-kultura tal-Partit Laburista li jinsab ghad-diskussjoni ma’ dawk kollha nteressati.




Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista dwar l-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh u mid-Deputata


Dr. Justyne Caruana
Kelliema Laburista dwar Zghazagh, Sport u Kultura

© 2008 - Justyne Caruana