|
L-istrategija segwita minn naha tal-gvern Nazzjonalista dwar
is-servizz tal-helicopter bejn Malta u Ghawdex kienet wahda ta’ l-imbecilli ghaliex kulhadd kien jaf li dan is-servizz ma setax jahdem tajjeb bi prezz ta’ Lm50. Dan qalu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant meta llum wara nofs in-nhar kien qieghed jindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet dwar il-waqfien fis-servizz ta l-istess helicopter.
Dr Sant qal li l-operaturi turistici u l-Partit Laburista kienu qalu lill-gvern Nazzjonalista li s-servizz tal-helicopter ma setax jimxi ‘l quddiem bil-prezzijiet mitluba. Il-gvern izda ma qabilx u sena u nofs biss wara li beda, s-servizz tal-helicopter falla u waqaf. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ministru Giovanna Debono issa ghandhom jaghtu spjegazzjoni dwar kif hasbu li s-servizz tal-helicopter bil-prezzijiet mitluba, seta jkun wiehed vijabbli.
Fil-konferenza ta’ l-ahbarijiet Dr Sant fakkar f’dak li intqal minn naha tal-gvern Nazzjonalista meta kien thabbar li kien intlahaq ftehim mal-kumpanija Spanjola, Helisureste dwar is-servizz tal-helicopter bejn Malta u Ghawdex. F’Jannar ta’ sena ilu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien qal li dal-ftehim kien jaghmel parti mill-politika tal-gvern tieghu li jzid it-turisti lejn Malta u Ghawdex b'50,000 kull sena u kellu jkompli jaghmel minn Ghawdex attrazzjoni turistika partikolari.
Fl-istess xahar fil-parlament Giovanna Debono kienet qalet li l-gvern kien għamel dak kollu possibbli biex isib kumpanija serja u b’saħħitha biex tħaddem is-servizz tal-helicopter u li kien ta’ sodisfazzjon ghaliha li kienet instabet il-kumpanija Spanjola, Helisureste, ghaliex din kienet waħda mill-akbar kumpaniji fid-dinja li joperaw servizz ta’ passiġġieri bil-helicopters.
L-istess Ministru kienet ftahret li s-servizz li kienet se tħaddem din il-kumpanija kien se jkun wieħed ta’ l-ogħla kwalita’ u kien se jagħmel ġieħ lill-gżira Għawdxija li jixirqilha li tkun destinazzjoni turistika distinta li tiġbed lejha turisti ta’ l-ogħla kategoriji
Dr Sant fakkar kif fi Frar tas-sena li ghaddet il-Partit Laburista kien talab lill-gvern biex izomm is-sussidju fuq is-servizz tal-helicopter u anki kien wera kif dan seta jsir anki bir-regoli ta’ l-UE, wara xoghol li kien sar mill-ewro parlamentari Laburista Joseph Muscat. Ma dan kollu l-gvern kien qal li ma kellu ebda intenzjoni li jissusidja s-servizz tal-helicopter.
Sa nofs is-sena l-ohra l-kumpanija Spanjola nnifisha kienet qed tghid illi r-rizultati kellhom jibdew jidhru minn dis-sena meta fir-realta issa jirrizulta li dis-sena il-kumpanija waqfet topera s-servizz taghha. Dr Sant ikkwota wkoll ghal darb’ohra lill-Ministru Giovanna Debono f’Novembru tas-sena l-ohra tghid illi l-gvern kien qed jistudja biex jara kif jista juza s-servizz tal-helicopter biex turisti li jidhlu Malta fuq cruise liners jittiehdu Ghawdex b’titjira diretta.
Minn naha tieghu lejn tmien is-sena li ghaddiet l-Ministru Censu Galea kien sahanistra qal li l-kumpanija Spanjola keinet qed thares ‘il quddiem biex tespandi l-operat taghha, qal Dr Sant. Fil-bidu ta’ din is-sena imbaghad il-kumpanija Spanjola nnifisha kienet qalet li m’ghandha ebda hsieb li twaqqaf is-servizz tal-helicopter.
Sa gimghatejn ilu biss fit-18 ta’ Ottubru fil-parlament il-Ministru Censu Galea qal li kien infurmat li l-bookings ghall-helicopter kienu għadhom qed jiġu aċċettati waqt li gimgha biss ilu, fit-23 ta’ Ottubru, fil-parlament ukoll meta intalab jekk jikkonfermax li s-servizz tal-helicopter kienx se jibqa' jingħata matul ix-xitwa l-istess Ministru wiegeb li huwa kien infurmat li għaddejjin diskussjonijiet dwar il-possibilita li s-servizz jitkompla.
Dr Sant qal li l-gvern kien jaf li s-servizz tal-helicopter kien se jfalli u ried li dan ifalli ghaliex hemm agenda mohbija. Zied li l-futur tat-turizmu f’Ghawdex jinsab f’periklu, iktar u iktar meta matul l-ahhar xhur ghalqu 3 lukandi li ma kienux jaghlqu kieku ingarru iktar turisti lejn Ghawdex f’certu zminijiet u hinijiet partikolari.
Il-Partit Laburista minn naha tieghu ghadu jemmen li s-servizz tal-helicopter bejn Malta u Ghawdex ghandu jigi sussidjat. Ghalhekk qed ikun propost li gvern Laburista gdid fi zmien tliet xhur, idahhal sistema ta’ sussidju fuq dan is-servizz b’mod li jzid bil-kbir l-attrazzjoni ta’ Ghawdex ghal turisti li jkunu jridu joqoghdu numru ta’ granet hemmhekk. Dr Sant qal li hekk jigri f’servizzi simili tal-helicopter fi gzejjer periferici ohra fil-Mediterran bhal Ghawdex.
Prezenti ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet kien hemm ukoll id-deputati Laburisti Ghawdxin Dr Anton Refalo u Dr Justyne Caruana, il-kelliema Laburisti ghat-turizmu Evarist Bartolo u Joseph Cuschieri, il-kandidat Laburista Ghawdxi Joe Cordina flimkien ma’ Sindki u Kunsilliera Laburisti Ghawdxin u membri tal-kumitat distrettwali Laburista f’Ghawdex.
|