L-Isport m’ghandux isir ballun ta’ Politika Partiggjana

(10-12-2007)

Il-Partit Laburista matul dawn l-ahhar xhur kien determinanti sabiex mill-gdid ipoggi l-isport fuq l-agenda politika. Dan ghaliex, ghall-gvern prezenti, l-isport kien waqa’ ‘l isfel hafna fl-importanza tieghu. Dan sar permezz tal-pubblikazzjoni u d-diskussjoni li hloqna bl-istqarrija ta’ vizjoni taghna fuq l-isport. F’din l-istqarrija ta’ vizjoni ghamilna numru ta’ proposti f’livelli differenti li huma mmirati halli l-isport jikber fl-importanza tieghu u jkollna poplu aktar b’sahhtu u li jikkompeti ahjar anke ma’ pajjizi ohra.

Meta l-gvern ra l-impatt pozittiv li l-Partit Laburista holoq dwar l-isport, ftit taz-zmien wara giet pubblikata l-politika tal-gvern dwar l-isport, politika li suppost li ilha pubblikata snin, u dan skond ma hemm miktub fl-istess ligi ta’ l-isport.

Izda, certament huwa kundannabbli ghall-ahhar il-fatt li issa l-Partit Nazzjonalista qed jinqeda bl-isport ghall-ghanijiet partiggjani. Huwa skandaluz il-mod kif kandidat gdid tal-PN li jidher bic-car li jgawdi l-appogg tal-Prim Ministru u Kap tal-PN, qed jinqeda bl-isport ghal skopijiet partiggjani.

Is-sur Pippo Psaila, li baqa’ jzomm il-pozizzjoni tieghu fil-Kumitat Olimpiku Malti, qed japprofitta ruhu mill-informazzjoni li ghandu sabiex jaghmel kuntatt ma’ sportivi u qraba taghhom. Dan sar diga f’mill-anqas zewg okkazzjonijiet. Dan mhux sew u lanqas huwa mod gdid ta’ kif issir il-politika kif kien wieghed il-Kap Nazzjonalista fil-bidu tat-tmexxija tal-partit tieghu.

L-isport m’ghandux isir ballun ta’ politika partiggjana, imma ilkoll flimkien ghandna nahdmu ghall-gid ta’ l-isport li minnu jgawdi kulhadd.



Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista
ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh




Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista
ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura

© 2008 - Justyne Caruana