|
Il-Partit Laburista jiehu pjacir jinnota li wara li f’Mejju li ghadda gie publikat l-abbozz ta’ stqarrija ta’ vizjoni dwar l-isport u l-kultura, l-gvern prezenti b’mod partikolari l-Ministru li suppost huwa responsabbli mill-isport sa fl-ahhar beda jinteressa ruhu fl-isport. Dan ghamlu meta fil-Malta stands tat-trade fair grounds giet organizzata laqgha ta’ djalogu ghall-isportivi. Bhala Partit huwa ta’ sodisfazzjon ghalina li rnexxielna ntellghu l-isport fuq l-agenda politika ta’ pajjizna.
Skond ma gie rappurtat fil-gazzetti ntqal li ‘hargu diversi punti interessanti fuq l-isports u deher bic-car kif l-isports verament jinsab fuq l-agenda tal-gvern.’ F’din l-istess laqgha ntqal ukoll li se tigi mnedija Strategija Nazzjonali ghall-Isport. Din ta’ l-ahhar suppost li ilha li saret snin ilu u baqghet ma saret qatt specjalment wara li ghaddiet il-ligi ta’ l-Isport mill-Parlament fis-sena 2002. Barra minn dan meta wiehed jara l-estimi tal-budget isib li l-vot ghall-isport naqas sena wahda wara l-ohra.
Issa l-gvern qed jaghmel tentattiv politiku sabiex jipprova jigbor giehu meta ghal dawn l-ahhar snin abbanduna u telaq l-isport. Issa li l-Partit Laburista qed jaghti sinjal car li l-isport huwa fuq l-agenda politika tieghu u huwa meqjus bhala qasam importanti l-Ministru qed jipprova jaghmel tajjeb ghat-telqa li halla l-isport jaqa` fih minhabba l-indifferenza politka tal-gvern tieghu. Minkejja dan ahna bhala Oppozizzjoni dinamika u kostruttiva nhossuna sodisfatti hafna li konna ta' xprun biex il-Gvern jirrealizza li dan il-qasam ghandu jigi ndirizzat.
Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh
Dr Justyne Caruana
Kelliema ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura
|