|
F’kommemorazzjoni qasira imma sinifikanti, il-kumitat lokali laburista ta’ San Lawrenz ilbierah il-Gimgha ta gieh lil Karmnu Grima li ghex bejn l-1936 u l-1991. Karmnu Grima kien strumentali biex saru diversi progetti mhux biss fil-lokal ta’ San Lawrenz izda wkoll f’postijiet ohra f’Ghawdex. Fost l-ohrajn Karmnu Grima kien ippropona li johorgu plots ghall-gharajjes u l-koppji mizzewga taht l-iskema tal-Home Ownership. Dawn il-plots effettivament kien nhargu bejn l-1979 u l-1980 fiz-zona ta’ Bieb il-Ghar. Bis-sahha ta’ Karmnu Grima kienu Ghawdex madwar 40 familj ali jammontaw ghal ghoxrin fil-mija tal-popolazzjoni f’San Lawrenz.
F’kelmtejn li ghamel il-mexxej Laburista Dr. Alfred Sant iddeskriva lil Karmnu Grima bhala bniedem li b’umilta, b’impenn, b’hegga u b’ghozza ta kontribut siewi lit-tessut ta’ pajjizna. Dr. Sant semma kif l-impenn ta’ Karmnu Grima wassal ghal rizultati biex il-komunita ta’ madwaru garrbet progress u titjieb fil-kwalita tal-hajja.
Bhala parti mic-cerimonja, Dr. Alfred Sant kixef bust u plakka bl-isem gdid tat-Triq ghal Karmnu Grima filwatq li din tbierket mill-Isqof t’Ghawdex l-Ecc. Tieghu Dun Mario Grech. Saru wkoll tweghid ta’ kuruni tal-ward u qari ta’ poezija min iben Karmnu Grima filwaqt li c-cerimonja ntemmeet b’diversi prezentazzjonijiet fosthom mill-kunsill lokali ta’ San Lawrenz u mic-centru laburista tal-lokal.
Prezenti ghal din l-attivita kien hemm fost l-ohrajn diversi membri tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, l-ewro parlamentari laburista Joseph Muscat, id-deputati Laburisti Anton Refalo u Justyne Caruana flimkien ma’ kunsilliera kemm mil-lokalita u ohrajn tal-madwar.
|