![]() |
||||
|
STQARRIJA
GHALL-JUM IZ-ZGHAZAGH |
||||
| 21/03/04 | ||||
|
F’isem il-Partit Laburista nixtiequ nawguraw Jum iz-Zghazagh it-tajjeb liz-zghazagh Ghawdxin u Maltin kollha. Iz-zghazagh huma l-prezent u l-futur u huwa l-obbligu ta’ kull Gvern li jinvesti fihom sabiex ghada pitghada jkollna socjeta` ahjar. Il-Gvern ghandu jobbliga ruhhu li jara li l-gejjieni taz-zghzagh ikun sod u sikur, fejn ikunu jistghu jissodisfaw l-aspirazzjonijiet taghhom, jirrealizzaw lilhom infushom biex eventwalment isibu posthom fis-socjeta`. Izda r-realta` x’inhi ghal dawk iz-zghazagh li spiccaw bla xoghol minn April 2003 ‘l hawn u dawk li qeghdin ifittxu x-xoghol? Is-sitwazzjoni fil-pajjiz hija difficli ghal kulhadd, aktar u aktar minhabba n-numru ta’ zghazagh li qed jisfaw minghajr impjieg – numru li sfortunament dejjem qieghed jikber specjalment fil-kategorija ta’ taht it-tletin sena. Sahansitra f’Ghawdex il-persentagg tela` ghall-54.6%. Qed jizdied in-numru ta’ zghazagh li jispiccaw mill-korsijiet fl-Universita` u mhux qed jirnexxilhom isibu xoghol relatat ma’ l-istudji taghhom Il-Gvern qed jonqos mill-weghdiet li ghamel qabel l-elezzjoni li ser ikun hawn aktar opportunitajiet ta’ xoghol. Il-Gvern qed jonqos milli b’mod konkret u mmedjat jindirizza l-problemi ta’ qaghad fost iz-zghazagh ta’ taht it-tletin sena. L-aktar haga li tispikka izda hija l-apatija ta’ dan il-Gvern f’kull qasam taht l-pretensjoni li kollox miexi tajjeb. Minn fuq huwa dejjem lest li jakkuza lill-Oppozizzjoni li qed tipprova ttellef u li qed tpingi kollox ikrah biex taghmel l-hsara. Huwa skandaluz il-mod ta’ kif dan il-Gvern minflok jara kif jindirizza problema, jipprova jippunta subghajh lejn l-Oppozizzjoni li tkun qed taghmel id-dmir taghha. U dan meta huwa l-Gvern innifsu li suppost qieghed jinvesti fil-generazzjoni l-gdida u jipprovdi soluzzjonijiet ghall-problemi ezistenti. Iz-zghazagh ghandhom bzonn ta’ nkoraggiment mhux biss f’dan il-Jum iddedikat ghalihom, li fihom isiru l-festeggjamenti. Iz-zghazagh taghna ghandhom hafna x’joffru u dan narawh fil-qasam tal-volontarjat fost ohrajn. Izda nemmnu li z-zghzagh ghandhom bzonn kull support biex ikunu jistghu jesprimu l-energija pozittiva taghhom. L-ghan tal-Gvern ghandu jkun li johloq opportunitajiet u sbokki f’diversi oqsma. Iz-zghazagh taghna huma esposti ghal numru ta’problemi, b’mod partikolari ghall-pjaga ta’ pajjizna - il-vizzju tad-droga. Bla dubju hemm muru ta’zghazagh li qed jispiccaw jizvugaw fid-droga, min ghal raguni u min ghal ohra. Id-droga ggib hafna konsegwenzi maghha kemm ghal min jabbuza, ghall-familja u anke ghas-socjeta` in generali minhabba l-kriminalita` relatata ma’ dan l-abbuz. Spiccajna f’sitwazzjoni fejn id-droga hija facilment accessibbli
anke minn postijiet ta’ divertiment fejn suppost iz-zghazagh jirrilassaw
u jiddevertu. Sfortunatament in-numru ta’ min jabbuza mid-droga
u mill-alkohol qed jizdied minkejja hafna weghdiet tal-Gvern li jindirizza
din il-problema bis-serjeta`. Dan qed nghiduh minhabba l-fatt li l-istatistika
turi li l-pulizija ressqet iktar nies il-qorti minhabba abbuz ta’ droga
u dan juri bic-car li d-droga fil-pajjiz qed tizdied u mhux tonqos. Ahna nemmnu fil-potenzjal
taz-zghazagh u nixtiequ nesprimu s-soliderjeta` taghna ma’ dawk iz-zghzagh kollha li bhallissa jhossuhom fid-diffikulta`.
Nwieghdu l-appogg tal-Partit Laburista mhux f’din il-gurnata biss
izda anke wara x’hin il-festeggjamenti jghaddu ghax ahna nemmnu
li l-appogg liz-zghzagh ghandu jkun kontinwu u bis-serjeta`.
|
||||
|
©
2005 - Justyne Caruana
|