|
F’isem il-Partit Laburista nixtiequ nawguraw Jum iz-Zghazagh it-tajjeb liz-zghazagh Ghawdxin u Maltin kollha.
Iz-zghazagh huma l-prezent u l-futur u huwa l-obbligu ta’ kull Gvern li jinvesti fihom sabiex ghada pitghada jkollna socjeta` ahjar. Il-Gvern ghandu jobbliga ruhhu li jara li l-gejjieni taz-zghzagh ikun sod u sikur, fejn ikunu jistghu jissodisfaw l-aspirazzjonijiet taghhom, jirrealizzaw lilhom infushom biex eventwalment isibu posthom fis-socjeta`.
Is-sitwazzjoni fil-pajjiz hija difficli ghal kulhadd, aktar u aktar minhabba n-numru ta’ zghazagh li qed jisfaw minghajr impjieg – numru li sfortunament dejjem qieghed jikber specjalment fil-kategorija ta’ taht it-tletin sena u in partikolari f’Ghawdex. Qed jizdied in-numru ta’ zghazagh li jispiccaw mill-korsijiet fl-Universita` u mhux qed jirnexxilhom isibu xoghol relatat ma’ l-istudji taghhom
Il-Gvern qed jonqos mill-weghdiet li ghamel qabel l-elezzjoni li ser ikun hawn aktar opportunitajiet ta’ xoghol. Il-Gvern qed jonqos milli b’mod konkret u mmedjat jindirizza l-problemi ta’ qaghad fost iz-zghazagh ta’ taht it-tletin sena. L-aktar haga li tispikka izda hija l-apatija ta’ dan il-Gvern f’kull qasam taht l-pretensjoni li kollox miexi tajjeb. Dan qed nghiduh iktar u iktar meta kulhadd jaf ir-realta` x’inhi u l-poplu wera l-ghadab tieghu ghat-tmexxija ta’ Gvern Nazzjonalista fl-ahhar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fejn Partit Laburista gab maggoranza assoluta tal-voti.
Iz-zghazagh ghandhom bzonn ta’ nkoraggiment mhux biss f’dan il-Jum iddedikat ghalihom, li fihom isiru l-festeggjamenti. Iz-zghazagh taghna ghandhom hafna x’joffru u dan narawh fil-qasam tal-volontarjat fost ohrajn. Izda nemmnu li z-zghzagh ghandhom bzonn kull support biex ikunu jistghu jesprimu l-energija pozittiva taghhom. L-ghan tal-Gvern ghandu jkun li johloq opportunitajiet u sbokki f’diversi oqsma.
Il-Partit Laburista dejjem kien fuq quddiem nett biex jofri kull spazju possibbli liz-zghazagh sabiex isemmghu lehinhom imma iktar minn hekk sabiex jippartecipaw bl-iktar mod attiv. Fil-fatt iz-zghazagh fit-tmun tal-grajjiet huwa kuncett principali fil-politika taghna dwar iz-zghazagh u huwa tema rikorrenti anke fid-dokument dwar iz-zghazagh.
Permezz ta’ din l-istqarrija nwasslu l-messagg u nesprimu s-soliderjeta` taghna ma’ dawk iz-zghzagh kollha li bhallissa jhossuhom fid-diffikulta`. Nwieghdu l-appogg tal-Partit Laburista mhux f’din il-gurnata biss izda anke wara x’hin il-festeggjamenti jghaddu ghax ahna nemmnu li l-appogg liz-zghazagh ghandu jkun kontinwu u bis-serjeta`. U permezz tal-politika tal-Partit Laburista ghaz-zghazagh qed nindirizzaw il-bzonnijiet u aspirazzjonijiet taz-zghazagh taghna bl-iktar mod konkret u dirett biex verament iz-zghazagh taghna naghtuhom it-tmun ta’ pajjizna f’idejhom.
Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista dwar l-Edukazzjoni, Zghazagh u Kultura
Dr. Justyne Caruana
Kelliema Laburista dwar iz-Zghazagh, Kultura u Sports
|