|
Il-Partit Laburista jinsab inkwetat bir-rata ta’ illitterizmu f’pajjizna illum. Dan qalu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant waqt laqgha ta’ konsultazzjoni li delegazzjoni tal-Partit Laburista kellha ma’ delegazzjoni mill-GWU dwar l-abbozz Pjan ta’ Politika ghall-qasam edukattiv f’Malta u Ghawdex.
Dr Sant qal li biex jibda jaffronta dil-problema ta’ l-illitterizmu, fl-abbozz ta’ pjan tieghu ghall-edukazzjoni l-Partit Laburista qieghed jipproponi li tigi introdotta sena gdida ta’ transizzjoni bejn il-fazi tal-kinder u dik tal-primarja. F’din is-sena t-tfal ikollhom ic-cans li jitghallmu jiktbu u jaqraw sew. Dis-sena tkun tapplika ghal min ikun ghadu se jibda l-iskola u mhux ghal min ikun diga dahal fis-sistema edukattiva.
Il-Partit Laburista jemmen li l-investiment fl-edukazzjoni ghandu jinghata priorita shiha minkejja l-problemi finanzjarji tal-pajjiz. Dr Sant esprima t-thassib tal-Partit Laburista dwar il-fatt li pajjizna qed jispicca l-ahhar f’dawk li huma l-miri ta’ l-istrategija ta’ Lisbona ta’ l-UE. Hemm bzonn ta’ hidma shiha biex pajjizna jitla ‘l fuq fl-oqsma tax-xjenza, ta’ l-informatika u tar-ricerka fost l-ohrajn.
Minn naha tieghu s-Segretarju Generali tal-GWU, Tony Zarb qal li l-abbozz ta’ pjan Laburista fih ideat cari hafna u johrog bis-shih li l-edukazzjoni huwa qasam ta’ priorita ewlenija ghall-Partit Laburista. Zarb qal li bhala pajjiz hemm bzonn li jiddedika l-fondi kollha necessarji ghal dan il-qasam ghaliex l-edukazzjoni huwa pilastru ewlieni ghall-pajjiz. Il-kelliem appella lill-Partit Laburista biex mill-gvern iwettaq dak li fih l-abbozz ghall-edukazzjoni ghaliex jekk isir hekk, dan ikun ta’ gid kbir ghall-pajjiz kollu.
Prezenti ghall-laqgha ghan-naha tal-Partit Laburista kien hemm ukoll is-Segretarju Generali Jason Micallef, il-kelliem ewlieni ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh Carmelo Abela u l-kelliema ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura Dr Justyne Caruana.
|