Il-budget ghandu jwassal biex jizdiedu l-flus fil-bwiet tal-familji - Dr Charles Mangion

(07-10-2007)

Il-budget li se jipprezenta l-Prim Ministru fi ftit tal-jiem ohra ghandu jwassal biex permezz tal-gid li suppost qed jinholoq jizdiedu l-flus fil-bwiet tal-familji Maltin u Ghawdxin. Dan qalu d-deputat Mexxej Laburista ghall-Affarijiet tal-Parlament Dr Charles Mangion meta kien qieghed jindirizza attivita` fl-Imgarr f'Ghawdex bit-tema Pjan ghal Bidu Gdid - Pjan ta’ zvilupp ghal Ghawdex bhala regjun. Dr Mangion qal li jekk l-ekonkmija sejra tajjeb kif qed jghid il-Prim Ministru, il-gid irid jibda jinhass mill-familji.

Il-Partit Laburista minn naha tieghu illum mill-oppozizzjoni diga qieghed joffri mizuri li ghandom izidu l-flus fil-bwiet tal-familji, fosthom it-tnaqqis tas-surcharge bin-nofs u l-mizuri dwar min jixtri l-ewwel propjeta` li jwasslu biex jaghtu Lm7,300 fil-bwiet tan-nies. Fl-istess hin il-Partit Laburista ghandu l-pjani tieghu ghat-tkabbir ta' setturi bhat-turizmu u l-manifattura biex johloq ix-xoghol. Se jhabbar ukoll dal-waqt il-pjan ghall-izvilupp tal-Port il-Kbir li se jkun fih inizjattivi u progetti kbar.

Fid-diskors tieghu Dr Mangion irrefera ghal storja ippublikata llum fil-gazzetta Nazzjonalista Il-Mument. Qal li din l-istorja dwar blokk ta' bini ta' omm il-mara tieghu f'B'Kara li gie esproprijat biex jinghata palata s-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech meta dan kien ghadu Sindku ta' B'Kara, hija gidba shiha mahsuba biss biex tghatti l-preferenza li saret mal-Ministru Ninu Zammit li ghal bictejn art daqs bankina kbira inghata Lm70,000. Dr Mangion qal li qieghed jaghti l-permess lill-media Nazzjonalisa biex imorru sad-dipartiment ta' l-artijiet, u jippublikaw il-file kollu dwar dan il-kaz ghaliex huwa m'ghandux faham miblul.

Id-deputat Mexxej sahaq li l-poplu jrid il-bidla mhux biss ghax iddejjaq bil-gvern ta' Dr Gonzi izda ghaliex huwa konvint li l-Partit Laburista jista joffri tmexxija hafna ahjar.

L-attivita` ta' dal-ghodu kienet indirizzata wkoll mid-deputati Laburisti Ghawdxin, Dr Anton Refalo u Dr Justyne Caruana. Dr Refalo qal li Ghawdex huwa mifni bil-korruzzjoni u l-Ministeru t'Ghawdex sar kazin politiku ta' Giovanna Debono li qed taqdi biss lin-nies taghha. Il-Prim Ministru ilu snin iwieghed li se jittiehdu hafna mizuri ghall-gid ta' l-Ghawdxin izda baqa ma sar xejn. Il-Partit Laburista minn naha tieghu qed jipproponi li jfassal statut finanzjarju ghal Ghawdex biex l-Ghawdxin jinghataw in-nifs waqt li jitwaqqaf Kunsill Regjonali sabiex ic-cittadini jkollhom sehem dirett fit-tmexxija t'Ghawdex.

Minn naha taghha Dr Caruana qalet li l-Partit Laburista jrid li z-zghazaghGhawdxin isibu xoghol f'Ghawdex stess. Ghal dawk li jridu jidhlu fil-qasam tan-negozju, il-Partit Laburista qed jipproponi li ma jhallsux bolla fl-ewwel sentejn. Irid li jizdiedu l-korsijiet f'Ghawdex dwar ix-xjenza u t-teknologija ta' l-informatika. Jitwaqqaf fond nazzjonali ghat-tahrig taz-zghazagh. L-ghajnuna moghtija lill-istudenti Ghawdxin li jistudjaw f'Malta tkun estiza lill-Ghawdxin li jahdmu Malta waqt li jitwaqqaf hostel kofinanzjat mill-gvern biex itaffi l-problema ta' akkomodazzjoni ta' l-istudenti Ghawdxin. Dwar il-kaz tal-falsifikazzjoni tac-certifikati ta' l-edukazzjoni, Dr Caruana qalet li minflok ittiehdu l-passi minnufih, minn fuq saru hafna bsaten fir-roti.

© 2008 - Justyne Caruana