Fuq kull titjira bil-helikopter bejn Malta u Ghawdex qed ikun hemm biss medja ta’ 3 passigieri - Dr Alfred Sant

(01-03-2006)

Fl-ewwel disa xhur ta' operat tas-servizz gdid tal-helikopter bejn Malta u Ghawdex 40% tat-titjirit thassru u fl-istess hin, bhala medja, fuq kull titjira li saret kien hemm biss 3 passigieri. Dan it-taghrif tah dal-ghodu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant meta indirizza tlett konferenzi ta’ l-ahbarijiet f’Ghawdex stess, dwar il-progett tal-mollijiet, dwar is-servizz tal-helikopter u dwar is-sitwazzjoni ta’ l-impjiegi fil-qasam industrijali tax-Xewkija.

Helikopter

Fil-heliport fix-Xewkija, il-Mexxej Laburista qal li meta fil-bidu tas-sena l-ohra kien iffirmat ftehim ma' kumpanija Spanjola biex din tibda topera s-servizz tal-helikopter bejn Malta u Ghawdex, Lawrence Gonzi kien qal li dan il-ftehim kien jaghmel parti mill-politika tal-gvern tieghu li jzid it-turisti lejn Malta u Ghawdex b'50,000 kull sena bejn l-2005 u l-2008 u li dan il-ftehim kellu jkompli jaghmel minn Ghawdex attrazzjoni turistika partikolari.

Minn naha taghha l-kumpanija Spanjola li qed topera s-servizz tal-helikopter kienet qalet illi kienet qed tikkalkula li f’sena iggor 40,000 passigier u li kien hemm possibilitajiet kbar li timpjega iktar haddiema Maltin u Ghawdxin. Dr Sant fakkar li l-prezzijiet biex wiehed juza l-helikopter huma Lm30 one way u Lm50 bir-ritorn għall-passiġġieri regolari, Lm16 one way u Lm26 għar-residenti kollha f’Malta u f’Għawdex huma ta’ liema nazzjonalita’ huma, Lm16 one way u Lm26 ritorn għall-anzjani residenti barra minn Malta u Lm16 one way u Lm26 ritorn għall-istudenti huma ta’ liema nazzjonalita’ huma.

Il-Partit Laburista kien ghamilha cara mill-ewwel li dawn il-prezzijiet kienu qawwija hafna u bl-ebda mod ma kienu se jaghmlu s-servizz tal-helikopter vijabbli u wisq inqas kienu se jghinu lis-settur turistiku Ghawdxi. Il-Partit Laburista, qal Dr Sant, kien talab lill-gvern biex izomm is-sussidju u wera permezz tal-hidma ta’ l-ewro parlamentari tieghu, kif dan seta jsir anki bir-regoli ta’ l-UE. Ma dan kollu l-gvern ma accettax dan, ghaliex qal li s-servizz tal-helikopter mhux servizz socjali.

Sussidju

Illum wara disa xhur ta’ operat, skond cifri moghtija fil-parlament jirrizulta illi 40% tat-titjirit thassru u 90% minnhom thassru ghaliex ma kien hemm ebda passigier. Fl-istess hin, zied Dr Sant, jirrizulta li saru 2,700 titjira li garrew total ta' 8,000 passigier - jigifieri bhala medja fuq kull titjira kien hemm 3 passigieri. Il-Mexxej Laburista qal li tant l-affarijiet ma marrux kif ippjant li biex il-kumpanija Spanjola tilhaq il-mira taghha ta' 40,000 passigier fl-ewwel sena ta' operat tal-helikopter il-gdid, trid tkun garret 32,000 passigier bejn Jannar u April ta' dis-sena, jigifieri medja ta' 8,000 passigier kull xahar - haga li hija impossibli li tintlahaq.

Il-problemi li qed ihabbat wiccu maghhom is-servizz tal-helikopter isiru iktar serji, kompla jghid Dr Sant, meta fl-istess hin anki l-uzu mill-vapuri tal-Gozo Channel matul l-2005 naqas. Fil-fatt skond cifri ippublikati fuq il-website taghha, il-Gozo Channel matul l-2005 garret 24,000 karozzi inqas mill-2004 waqt li ghamlu uzu mill-vapuri taghha 50,000 passigier inqas mill-2004.

Il-Mexxej Laburista qal li quddiem dawn il-fatti johrog hafna iktar il-valur tal-proposta li qed jaghmel il-Partit Laburista, dik li gvern Laburista gdid fi zmien tliet xhur, idahhal sistema ta’ sussidju fuq is-servizz tal-helikopter b’mod li jzid bil-kbir l-attrazzjoni ta’ Ghawdex ghal turisti li jkunu jridu joqoghdu numru ta’ granet hemmhekk. Jekk il-gvern ta’ Lawrence Gonzi jiddecieda li jimplimenta minn issa dil-proposta, isib l-appogg tal-Partit Laburita.

Moll

F’konferenza ta’ l-ahbarijiet ohra fuq il-moll ta’ l-Imgarr Dr Sant qal li fl-1 ta’ Awissu tas-sena l-ohra f’artiklu f’gazzetta bl-Ingliz il-Ministru Censu Galea kien kteb illi Phase A tal-progett tal-moll fl-Imgarr kienet se tkun lesta sa Marzu 2006 – jigifieri dan ix- xahar. Din il-fazi kienet tikkonsisti fost l-ohrajn f’underground car park, il-marshalling area, rampa li kellha tghaqqad Ghajnsielem Road mal-marshalling area, il-bini ta’ sub-station u xogholijiet relatati fuq it-toroq ta’ l-inhawi. Il-Mexxej Laburista qal li jkun tajjeb jekk il-Ministru Censu Galea jghid jekk il-gvern hux se jilhaq il-mira tieghu li Phase A tkun lesta sa tmiem dan ix-xahar.

Dr Sant qalli l-progett kollu tal-mollijiet suppost illi tlesta sa nofs is-sena 2003 – jigifieri iktar minn sentejn u nofs ilu. Illum izda jidher li lanqas il-gvern innifsu ma jaf meta se jitlesta l-progett kollu ghaliex fil-fatt ma hux jaghti data specifika dwar meta l-progett kollu se jkun lest. Il-Mexxej Laburista zied li suppost illi originarjament il-progett kollu tal-mollijiet ta’ l-Imgarr u c-Cirkewwa kellu jqum Lm8 miljun. Sa Ottubru li ghadda izda l-gvern qal li diga nefaq Lm9.7 miljun fuq il-progett u l-ahhar stima hija li meta jitlesta l-progett kollu, ikun gie jiswa Lm14.5 miljuni.

Il-Mexxej Laburista sahaq li d-dewmien biex jitlesta l-progett tal-mollijiet qed jolqot hazin l-uzu tal-vapuri tal-Gozo Channel. Fakkar fil-problemi kbar li kien hemm fil-jiem li ghaddew minhabba li setax isir uzu kif suppost mill-mollijiet, fattur li halla impatt negattiv hafna fuq in-negozju f’Ghawdex. Id-dewmien biex jitlesta dan il-progett qed iwassal biex hekk kif jaslu fil-port ta’ l-Imgarr, hafna turisti qed isibu konfuzjoni shiha tilqahom. Dr Sant heggeg lill-gvern biex jaghti priorita assoluta lil dan il-progett u jassigura li sa tmiem is-sena ikun lest.

Qasam industrijali tax-Xewkija

Fil-qasam industrijali tax-Xewkija, il-Mexxej Laburista fakkar kif il-qasam industrijali tax-Xewkija, Dr Sant qal li dan huwa wiehed mill-iktar oqsma industrijali antiki f’pajjizna, li llum jinsab mahkum minn telqa. Fakkar kif f’Dicembru 2003 fil-parlament il-Ministru Giovanna Debono ddikjarat li l-prospetti li xi darba jerġa' jkun hemm f'Għawdex fabbriki mdaqqsa huma 'l bogħod ħafna.

F’Novemru 2005 fil-parlament Austin Gatt iddikjara illi lest jilghab il-flus li sa zmien 10 snin ohra ma jkollnix fabbrika ohra tat-tessuti. Imbaghad xahar wara f’Dicembru 2005 l-istess Giovanna Debono waqt programm fuq ir-radju iddikjarat illi tahdem kemm tahdem biex iggib investiment barrani f’Ghawdex, ftit se jkollok rizultati tajbin.

Dr Sant qal li f'Jannar 2002 fix-Xewkija kien hemm jahdmu 840 haddiem. Ma dan kollu erba snin wara, f'Jannar li ghadda, kien hemm jahdmu 375 haddiem. Dan ifisser, qal il-Mexxej Laburista li f'temp ta' erba snin l-impjiegi fil-qasam industrijali tax-Xewkija naqsu b'465 jew b'55%. U dan minkejja li ftit wara li sar Prim Ministru, Lawrence Gonzi kien iddikjara li kellu f’mohhu hafna progetti ghal Ghawdex li permezz taghhom kienu se jinholqu hafna postijiet tax-xoghol.

Il-Mexxej Laburista semma wkoll kif f’Ghawdex biss in-numru ta’ nies jirregistraw ghal xoghol mal-ETC f’Jannar li ghadda kien ta’ 722 - l-oghla figura sa minn Frar 2005 u 53% minnhom kellhom inqas minn 30 sena. Dr Sant ghamilha cara li l-Partit Laburista ma jaqbilx li ma hemmx iktar lok ghall-industrija f’Ghawdex. Ghall-kuntrarju l-Partit Laburista jemmen li taht ir-regoli ta’ l-UE, ghandhom ikunu identifikati u implimentati incentivi ghall-industrija u ghall-artigjanat f’Ghawdex bhala regjun. Gvern Laburista jimplimenta dawn l-incentivi fi zmien sitt xhur. Jekk il-gvern ta’ Lawrence Gonzi, qal Dr Sant, jimplimenta dawn l-incentivi se jsib l-appogg tal-Partit Laburista.

Prezenti ghall-konferenzi ta’ l-ahbarijiet ta’ dal-ghodu kien hemm is-Segretarju Generali Jason Micallef, id-deputati Laburisti Ghawdxin Anton Refalo u Justyne Caruana, id-deputati Laburisti Evarist Bartolo u Chris Agius u kandidati Laburisti ghall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-11 ta’ Marzu f’Ghawdex.

© 2008 - Justyne Caruana