Jezistu nuqqasijiet kbar fil-qasam tal-facilitajiet ghall-harsien tat-tfal.
Il-Konfederazzjoni ta’ l-Ghaqdiet tan-Nisa Maltin

(14-03-2007)

F’pajjizna ghad fadal nuqqasijiet kbar fil-qasam tal-facilitajiet ghall-harsien tat-tfal. Sakemm se jibqa` jkun hawn dawn in-nuqqasijiet, in-nisa f’pajjizna mhux se jkollhom ghazla vera biex ikunu jistghu jzidu l-partecipazzjoni taghhom fid-dinja tax-xoghol u fil-qasam politiku. Dan qalitu Anna Borg meta llum wara nofs in-nhar delegazzjoni mill-Konfederazzjoni ta’ l-Ghaqdiet tan-Nisa Maltin iltaqghet mal-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant u ipprezentatlu kopja tal-manifest Who cares? Care Services for all women and men in Europe.

Anna Borg qalet li hemm bzonn li l-UE tkun iktar iebsa mal-membri taghha fil-qasam tal-facilitajiet ghall-harsien tat-tfal. Ziedet li pajjizna huwa wiehed mill-membri ta’ l-Unjoni, li ghadu lura f’dan il-qasam. Borg semmit kif il-mira ta’ l-UE hija li sas-sena 2010, 90% tat-tfal bejn it-3 snin u l-eta li fiha jmorru l-iskola u 33% tat-tfal taht it-3 snin, ikunu ipprovduti b’servizzi ta’ childcare. Biex pajjizna jilhaq dawn il-miri fadal hafna xoghol xi jsir.

Il-kelliema qalet li l-kindergartens ma jistghux jitqiesu bhala servizzi ta’ childcare fis-sens veru tal-kelma ghaliex l-ommijiet li jibghatu lil uliedhom fihom u li jkunu jahdmu, xorta jsibu hafna restrizzjonijiet minhabba l-hinijiet. Anna Borg tkellmet ukoll dwar il-htiega li permezz ta’ l-edukazzjoni u anki l-media, l-irwoli tal-mara u tar-ragel fil-familja ma jibqghux ikunu sterjotipati.

Mhux gust li tkun dejjem il-mara li taghmel is-sagrificcji. Jinhtieg li l-pizijiet, r-responsabilitajiet u d-drittijiet fil-familji jinqasmu bejn il-mara u r-ragel. Borg irrikonoxxit li biex dawn l-ghajnijiet jintlahqu hemm bzonn qawwi tas-sehem ta’ l-irgiel ghaliex sal-lum hafna mill-pozizzjonijiet fejn jittiehdu d-decizjonijiet huma okkupati mill-irgiel.

Minn naha tieghu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant qal li l-Partit Laburista jaqbel ma hafna mill-ideat li huma imsemmija fil-manifest Who cares? Care Services for all women and men in Europe, tant li hafna mill-proposti li qed isiru huma inkorporati fil-pjani li l-Konferenza Generali Laburista approvat ftit gimghat ilu, dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel, dwar il-familja u dwar il-kundizzjonijiet tax-xoghol.

Il-Partit Laburista jemmen li issa hemm bzonn li jibdew jittiehdu l-passi konkreti biex bil-fatti u mhux bil-kliem, dawn il-proposti jigu attwati, skond ic-cirkostanzi ta’ pajjizna. Prezenti ghall-laqgha ghan-naha tal-Partit Laburista kien hemm ukoll id-deputati Helena Dalli u Dr Justyne Caruana u l-President ta’ l-Ghaqda Nisa Laburisti n-nutara Miriam Spiteri Debono.

© 2008 - Justyne Caruana