|
Kienu ipprezentati dal-ghodu waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet il-verzjonijiet finali tal-hames pjani socjali li l-Partit Laburista se jkun qieghed iressaq ghall-approvazzjoni quddiem il-Konferenza Generali fi tmiem il-gimgha d-diehla. Il-pjani Laburisti jkopru l-oqsma tal-familja, l-anzjani, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel, iz-zghazagh u l-kundizzjonijiet tax-xoghol.
F’konferenza ta’ l-ahbarijiet fic-Centru Nazzjonali Laburista l-Hamrun, l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant ipprezenta numru ta’ weghdiet konkreti li johorgu mill-pjani socjali tal-Partit Laburista. Dwar il-familja l-Partit Laburista qieghed iwieghed li jaghti lill-Kummissjoni Nazzjonali Familja r-rizorsi mehtiega biex tizviluppa politika nazjonali shiha favur il-familja.
Fl-istess hin gvern Laburista jaghti lill-Kummissarju tat-Tfal rwol ta’ Ombudsman biex jinvestiga ilmenti ta’ tfal u jaghti rimedju fejn ikun hemm bzonn. Il-Kunsill Nazzjonali ghat-Tfal isir il-mutur wara l-izvilupp kontinwu ta’ politika nazzjonali ghat-tfal waqt li jitwaqqaf Dipartiment tat-Tfal biex fost ohrajn jaghti appogg lil dan il-Kunsill. Minn naha l-ohra biex izid l-opportunitajiet ghal aktar xoghol, gvern Laburista jinkoraggixxi l-introduzzjoni ta’ aktar prattici ta’ xoghol family friendly u jincentiva lis-settur privat biex jaghmel l-istess.
Dwar l-anzjani, gvern Laburista jheggeg lill-Kunsilli Lokali jistabilixxu registru ghall-anzjani fil-komunitajiet. Fl-istess hin il-kartanzjan tinghata iktar importanza u ma tibqax formalita kif ihi llum. Ghall-harsien ta’ l-anzjani, gvern Laburista jsahhu ic-centri ta’ matul il-jum, johloq l-ewwel progett pilota ta’ centru ta’ matul il-lejl u jippromwovi il-kultura ta’ fostering fejn familji jiehdu hsieb u jaghtu l-wens lil numru ta’ anzjani.
Dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel, gvern Laburista jsahhah il-kuncett tal-kwoti fil-livell politiku, ekonomiku u ta’ l-amministrazzjoni pubblika. Gvern Laburista jsahhah il-ligi prezenti ghall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel waqt li fl-istess hin jghaddi mill-Parlament il-ligi li tirregola c-centri tal-harsien tat-tfal.
Fil-kaz taz-zghazagh, gvern Laburista jwaqqaf fond nazzjonali ghal tahrig kontinwu biex il-haddiema jaġġornaw il-ħiliet tagħhom skond l-eżiġenzi. Gvern Laburista jnaqqas it-taxxa tal-bolla fuq l-ewwel dar li tkun se tintuza bhala l-unika u ordinarja residenza mill-koppji zghazagh u jzid ir-rifuzjoni ta’ VAT fuq xoghol u materjal fuq l-ewwel dar. Fl-istess hin tkun zviluppata skema ta’ inċentivi li biha żgħażagħ ma jħallsux il-bolla kontributorja fl-ewwel sentejn minn meta jifthu negozju.
Dwar il-kundizzjonijiet tax-xoghol il-priorita ta’ gvern Laburista se jkun attakk shih kontra l-gholi tal-hajja. Fl-istess hin gvern Laburista se jahdem bis-shih biex il-kundizzjonijiet tax-xoghol ta’ dawk il-haddiema part-time u nisa jkunu komparabbli f’kollox ghal dawk tal-haddiema full- time, inkluz il-pensjoni. Gvern Laburista se jahdem ukoll biex l-ETC tkun aktar dinamika u tiffoka l-energija taghha fejn jehtieg l-aktar – fit-tahrig u fil-job placements.
Il-konferenza ta’ l-ahbarijiet kienet indirizzata wkoll mid-deputati Laburisti li hadmu fuq il-hames pjani socjali. In-nutara Marie Louise Coleiro Preca, responsabbli mill-pjan Laburista ghall-familja, qalet li l-Partit Laburista qed jintrabat li jindirizza l-anomaliji fir-rigward ta’ familji b’genitur wiehed jigifieri romol, separati u ommjiet xebbiet u problemi ohra li jolqtu lil familji vulnerabbli, inkluz il-persuni b’dizabbiltà.
Silvio Parnis, responsabbli mill-pjan Laburista ghall-anzjani, qal li gvern Laburista jistudja l-possibilita li jdahhal sistema ta’ rebate fuq it-taxxa ghall-ulied li jhallsu biex il-genituri taghhom imorru fi djar privati jew tal-knisja, waqt li jikkonsidra tnaqqis fir-rata ta’ 80% tal-pensjoni tal-anzjani residenti f’St Vincent De Paule li llum tinzamm mill-gvern. Gvern Laburista jiehu wkoll sensiela ta’ mizuri biex l-anzjani f’St Vincent De Paule ma jibqghux passivi fis-sodod.
Helena Dalli, responsabbli mill-pjan Laburista ghall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel spjegat kif gvern Laburista jwaqqaf programm ta' screening ghan-nisa biex jghin fil-prevenzjoni ta’ kazijiet high risk tal-kancer tas-sider. Fl-istess hin il-Partit Laburista qieghed jghid li l-erbatax - il gimgha tal-leave tat-tqala ghandha tkun bi hlas. Gvern Laburista jghaddi mill-Parlament il-ligi li tirregola c-centri tal-harsien tat-tfal waqt li jkun incentivat it-twaqqif ta' dawn ic-centri.
Dr Justyne Caruana, responsabbli mill-pjan Laburista ghaz-zghazagh, qalet li gvern Laburista jizviluppa karta zghazagh fejn iz-zghazagh kollha li japplikaw ghaliha jkunu intitolati ghal rohs u vantaġġi fix-xiri ta’ ħtiġijiet edukattivi, sportivi u kulturali. Jitwaqqaf centru nazzjonali ghaz-zghazagh, waqt li jsiru diskussjonijiet mar-rapprezentanti ta’ l-istudenti Ghawdxin dwar il-possibilita` ta’ ftuh ta’ hostel ghall-istudenti Ghawdxin li jistudjaw f’Malta.
Dr Karl Chircop, responsabbli mill-pjan Laburista dwar il-kundizzjonijiet tax-xoghol qal li gvern Laburista se jahdem biex inaqqas il-burokrazija u biex japplika b’serjeta’ l-ligi kontra l-isfruttament tal-haddiema zghazagh. Fl-istess hin il-kundizzjonijiet tax-xoghol ta’ dawk il-haddiema part-time u nisa ghandhom isiru komparabbli f’kollox ghal dawk tal-haddiema full- time, inkluz il-pensjoni. Mira ohra ta’ gvern Laburista tkun dik li jittejbu l-istrutturi fiskali li jhajru aktar nisa jidhlu fis-suq tax-xoghol.
Fi tmiem il-konferenza ta’ l-ahbarijiet il-Mexxej Laburista fakkar li mil-lum sa nhar l-Erbgha l-Partit Laburista se jkun ghaddej b’sensiela ta’ laqghat ta’ konsultazzjoni imsejha fringe meetings ma’ ghaqdiet u esperti fl-oqsma varji. Il-laqghat qed isiru f’numur ta’ lukandi barra mic-Centru Nazzjonali Laburista u qed ikunu ikkordinati mill-President tal-Partit Laburista Dr Stefan Zrinzo Azzopardi.
|