Gvern bi Prijoritajiet Hziena

01/05/04

Il-Gvern habbar ic-celebrazzjonijiet li ser isiru sabiex ikun celebrat id-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja fl-1 ta’ Mejju 2004. Filwaqt li wiehed jista jifhem li xi tip ta’ celebrazzjonijiet isiru, meta wiehed iqis kemm dan il-Gvern ghamel sforzi biex Malta tissieheb fl-Unjoni, bhala Partit Laburista nhossu li fic-cirkustanzi finanzjarji ta’ pajjizna tistona mhux ftit li kwazi ser ikollna xahar shih bi spiza li mistennija toqrob in-nofs miljun lira. Barra minn dan il-Gvern bosta drabi jghid li ghandu problema ta’ fondi u allura qed dejjem jintaxxa aktar lill-poplu Malti, kif rajna fil-budget li tressaq f’Novembru li ghadda, fejn kellna zieda fit-taxxa tal-VAT minn 15 ghal 18 fil-mija ekwivalenti ghall-zieda ta’ 20% fl-oghli tal-hajja.

Dan jistona aktar u aktar meta l-Gvern jidher li ma sabx fondi sabiex isir il-kors tal-masters fil-Psikologija (M.Psych) fl-Universita` ta’ Malta minhabba li ma nstabux Lm20,000. Il-Junior College jehtieg aktar fondi sabiex jaqdi l-htigijiet tieghu, fosthom li jkollu aktar staff akkademiku biex ilahhaq man-numru ta’ studenti. Hemm ukoll numru ta’ organizzazjonijiet li jahdmu mal-persuni bi bzonnijiet specjali, bhal nghidu ahna r-Razzett tal-Hbiberija, li ma jinghata l-ebda ghajnuna mill-Gvern minkejja li jwettaq hidma siewja ma’ numru ta’ skejjel statali, servizz li jinghata minghajr hlas. L-anqas ma hemm fondi biex isir kors ghall-facilitators f’Ghawdex ghax iridu jitilghu Malta wara x-xoghol. Barra minn dan jekk inharsu lejn il-budget ghall-qasam kulturali, minkejja li issa ghandna Ministeru, l-fondi vvutati ma jirriflettux dan. Kwazi kwazi meta wiehed ihares lejn il-vot li jibqa’ f’idejn il-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti sabiex f’sena shiha ‘jipprogettaw lill-Malta bhala pajjiz b’kultura ghanja’ huwa anqas minn dak li ser jintefaq f’perjodu ta’ tlett gimghat minn dawn il-festeggjamenti.

Huwa evidenti li l-Gvern aktar qed jiehu b’serjeta` c-celebrazzjonijiet li jghaddu milli biex isahhah l-ghola istituzzjoni tal-pajjiz, jigifieri l-Parlament. Huwa essenzjali li nsahhu l-Parlament halli l-hidma li dejjem qed tizdied issir b’serjeta` u bi professjonalita` ghall-gid tal-poplu Malti u Ghawdxi.

Dan kollu juri li l-Gvern Nazzjonalista ghal darb’ohra ghandu prijoritajiet hziena. Il-Gvern qed jiffoka u jahli l-energija tieghu fuq il-qoxra ta’ barra, izda meta tfittex ghas-sustanza mbaghad ma ssib xejn.

© 2005 - Justyne Caruana