|
Gvern Laburista gdid fil-parametri kollha li taghtih il-ligi se jaghmel minn kollox biex iwaqqaf u ma jhallix isir il-progett ta' l-izvilupp ta' 23 villa bil-pools fir-Ramla l-Hamra f'Ghawdex. Din il-weghda ghamilha l-bierah fil-ghaxija l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant waqt konferenza ta' l-ahbarjiet fir-Ramla l-Hamra stess. Dr Sant qal li gvern Laburista gdid se juza l-processi kollha, kemm Maltin u kemm Ewropej, biex il-progett ma jsirx.
Dr Sant fakkar kif fis-6 ta’ Gunju li ghadda il-bord tal-MEPA approva applikazzjoni biex il-binja maghrufa bhala l-Ulysses Lodge – li tinsab fuq ir-rih tal-Bajja tar-Ramla l-Hamra f’Ghawdex – titwaqqa’ u minflokha jinbena kumpless turistiku li jikkonsisti fi 23 villa bil-pools.
Mill-11 il-membru tal-Bord tal-MEPA, kien biss Dr Joe Brincat – ir-rapprezentant ta’ l-Oppozizzjoni Labursta - li vvota kontra din l-applikazzjoni. Ir-rapprezentant tal-PN – il-perit Joseph Falzon - kien ma dawk li ivvotaw favur. Il-Mexxej Laburista qal li ż-żona tar-Ramla l-Ħamra mhux biss hija kkaratterizzata minn veduti uniċi u mill-isbaħ, izda fl-akkwati hemm żona skedata minħabba l-fdalijiet Rumani, kif ukoll żona oħra li tinkludi siti ta’ importanza ekoloġika.
Minkejja dan izda l-MEPA ma talbitx lill-izviluppaturi biex jaghmlu studju dwar l-impatt ambjentali li se jhalli l-progett, EIA. Dwar dan il-punt il-MEPA wiegbet li minn studji li saru minn erba’ arkeologi, li tqabbdu mill-izviluppaturi, dawn ma sabu ebda forma ta’ fdalijiet arkeologici.
Dr Sant qal li izda gimgha wara l-erba arkeologi hargu stqarrija fejn ghamluha cara li l-istudju taghhom huwa differenti ghal kollox mill-ghanijiet ta’ EIA, li fl-ebda mument ma kienu mgharrfin li dan l-istudju kien se jigi mehmuz u assocjat mat-talba lill-MEPA ghall-izvilupp u li l-istudju taghhom kien ibbazat fuq proposta li ssir heritage trail li permezz tieghu jithares il-valur tal-wirt arkeologiku fiz-zona. Anki s-Sopratendenza ghall-Wirt Kulturali f’nota mibghuta lill-MEPA esprimit it-thassib taghha li l-izvilupp jista jhalli fuq l-fdalijiet arkeologici fl-inhawi.
Il-Mexxej Laburista semma wkoll kif irrizulta li dan il-proġett se jestendi ż-żona ta’ żvilupp, anki jekk sena ilu l-Ministru George Pullicino kien ddikjara li mhux se tithalla ssir aktar estensjoni ta’ bini barra miż-żoni ta’ żvilupp. Meta fuq il-bazi ta’ dawn il-punti kollha saret talba mill-ghaqda ambjentali Flimkien ghal Ambjent Ahjar biex ikun annulat il-hrug tal-permess ghall-izvilupp fir-Ramla l-Hamra, biex issir inkjesta u biex jirrizenjaw ic-chairman u l-membri tal-bord tal-MEPA, ic-chairman tal-MEPA habbar li kien qed jaghmel bojkott lil din l-ghaqda ambjentali.
Iktar tard, kompla Dr Sant, sar maghruf ukoll li sentejn u nofs ilu, f’Marzu tas-sena 2005, membru tas-Segretarjat Privat fl-ufficcju tal-Prim Ministru li huwa wkoll membru tal-bord tal-MEPA, intervjena ghan-nom ta’ l-izvillupaturi mal-MEPA, fejn anki kien prezenti ghal laqgha li saret bejn iz-zewg nahat. Dan il-persuna kien fost l-10 membri tal-bord tal-MEPA li fis-6 ta’ Gunju approvaw l-applikazzjoni ghall-izvilupp tal-vilel fir-Ramla l-Hamra.
Dr Sant qal li l-Partit Laburista huwa kontra l-progett ta' l-izvilupp tal-vilel fir-Ramla l-Hamra ghaliex dan huwa progett abbuziv u skandaluz fejn l-ispekulazzjoni qed issir f'wahda mill-iktar zoni ta' sbuhija naturali u storika f'Ghawdex. Qal li ghalkemm ma jafx x'inhuma ezattament l-interessi wara dal-progett, il-Partit Laburista jemmen li huma interessi qrib tal-Partit Nazzjonalista, ghaliex kieku ma kienx ikun hemm daqstant membri tal-bord tal-MEPA li qed jappoggjaw dan il-progett li f'ghajnejn kulhadd huwa wiehed li ma jaghmilx sens. Il-Mexxej Laburista fakkar ukoll li dan il-progett sab anki l-appogg tal-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono u tal-Ministru ghall-Ambjent George Pullicino.
Il-Mexxej Laburista qal li dan huwa progett li se jaghti vantagg lil ftit spekulaturi u l-Partit Laburista se jibqa` jimmarka l-oppozizzjoni tieghu ghal dan il-progett. Anki l-Kunsill Lokali bi tmexxija Laburista tax-Xaghra, l-lokalita li maghha taghmel parti r-Ramla l-Hamra, se jibqa` ghaddej bil-protesti kollha mehtiega meta jkompli l-process quddiem il-MEPA. Il-konferenza ta' l-ahbarijiet kienet indirizzata wkoll mid-deputati Laburisti Ghawdxin Dr Justyne Caruana u Dr Anton Refalo, mis-Sindku Laburista tax-Xaghra Joe Cordina u mill-membru ta' l-Oppozizzjoni Laburista fuq il-bord tal-MEPA Dr Joe Brincat.
Dr Justyne Caruana qalet li waqt li jezisti rikonoxximent internazzjonali li l-bajja tar-Ramla l-Hamra hija wahda mill-isbah bajjiet fid-dinja, l-gvern Nazzjonalista minflok jiehu hsiebha qed jaqbel ma' progett ta' zvilupp insostenibbli. Dr Anton Refalo qal li waqt li ma' l-UE l-gvern Nazzjonalista jiftahar bil-vantagg ambjentali li ghandu Ghawdex, bil-fatti qed jappoggja dan il-progett li se jkisser l-ambjent Ghawdxi.
Is-Sindku tax-Xaghra Joe Cordina qal li l-Kunsill Lokali huwa kontra l-progett u minbarra li ha sehem f'hafna protesti li saru sa issa, jekk il-permess mhux se jkun irtirat, lest anki jappella. Minn naha tieghu Dr Joe Brincat qal li kien hemm irregolaritajiet fl-approvazzjonai ta' l-applikazzjoni ghal dan il-progett minn naha tal-MEPA billi fost affarijiet ohra l-applikazzjoni inbidlet fl-ahhar mument. Dr Brincat qal li d-decizjoni favur li jinhargu l-permessi ghall-izvilupp fir-Ramla l-Hamra kienet ittiehdet qabel ma saret is-seduta tal-MEPA.
Prezenti ghall-konferenza ta' l-ahbarijiet kien hemm ukoll il-kelliem Laburista ghall-Harsien Ambjentali Roderick Galdes, kunsilliera Laburisti Ghawdxin u ufficjali tal-Partit Laburista f'Ghawdex.
|