|
Nesprimi ruhi dwar dak li gara f’attivita` organizzata minn imprendituri privati f’Dar il-Mediterran ghall-Konferenza sabiex tigi ccelebrata l-ewwel tas-sena.
Filwaqt li nghati l-kondoljanzi u nuri solidarjeta` f’isem il-Partit Laburista f’dan il-mument hekk difficli lill-familja ta’ Jeanette Mifsud li sfat vittma ta’ incident waqt din l-okkazzjoni, nuri d-disappravazzjoni tieghi ghal dak kollu li gara f’dik l-okkazzjoni partikolari. B’mod specjali qed nirreferi ghall-alleggazzjoni li d-drinks li kienu qed jigu servuti liz-zghazagh prezenti, li kienu madwar hamest elef, ma kienux tajba izda kienu mhallta b’xi sustanzi bil-konsegwenza li hafna zaghazagh hassewhom hazin fosthom it-tfajla li tilfet hajjitha.
Qed nesprimi ruhi b’dan il-mod ghaliex huwa mmorali li z-zghazagh taghna qed jigu sfruttati b’dan il-mod u f’okkazzjonijiet fejn iz-zghazagh taghna suppost ikunu qed jiddevertu f’ambjent san nispiccaw bi tragedja simili u b’incidenti ta’ zghazagh li jhosshom hazin minhabba d-drinks li qed jigu servuti lilhom.
Inheggeg lill-awtoritajiet kollha kompetenti sabiex jiehdu l-passi kollha mehtiega sabiex issir gustizzja ma min hu responsabbli kif ukoll sabiex incidenti bhal dawn ma jergghux isehhu. Hemm bzonn li jsir kull sforz possibbli sabiex jigi assigurat li f’okkazzjonijiet bhal dawn in partikolari f’postijiet pubblici jittiehdu dawk il-mizuri kollha opportuni sabiex iz-zghazagh taghna jkunu protetti minn dawn l-abbuzi u jkunu jistghu jiddevertu f’ambjent san u minghajr perikolu ghall-sahhithom u sahansitra ghall-hajjithom.
Dr Justyne Caruana
Kelliema ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura
|