|
Wara li f’dawn l-ahhar gimghat saru numru ta’ cerimonja ta’ gradwazzjoni, nixtiequ nifirhu lill-gradwati godda kollha. Wara snin ta’ hidma studenti li kienu qed jattendu gewwa l-Universita` ta’ Malta, l-MCAST u l-ITS issa temmew b’success l-istudju taghhom. Hija haga xierqa li jifirhu u jiccelebraw wara snin ta’ studju filwaqt li issa jibdew jaghtu l-kontribut taghhom fid-dinja tax-xoghol. Nawguraw li dawn iz-zghazagh jintegraw tajjeb fid-dinja tax-xoghol.
Izda tajjeb ukoll li dawn il-persuni ma jieqfu qatt bl-istudju u mit-tahrig taghhom. L-edukazzjoni llum hekk tehtieg u allura hemm bzonn li aktar persuni jifhmu l-htiega ta’ edukazzjoni tul il-hajja. L-edukazzjoni hija process li taf meta jibda imma m’ghandux jispicca.
Filwaqt izda li niccelebraw is-success ta’ eluf ta’ studenti, hemm ohrajn li sfortunatament ghal ragunijiet differenti ma kisbux l-istess success. Hemm bzonn li bhala pajjiz nahsbu u nahdmu biex anke dawn ikollhom l-opportunita` li jirnexxu bil-mod taghhom. Dan kien ukoll parti mill-hsieb tal-Pjan ghal Bidu Gdid anke fil-qasam edukattiv. Irridu li jkollna Edukazzjoni ta’ Kwalita` ghal kulhadd u ghalhekk qed nipproponu lill-poplu numru ta’ inizjattivi li ghandhom iwasslu ghal dan.
Jekk pajjizna jrid jikseb success f’din id-dinja globalizzata hemm bzonn li jharreg ir-rizorsi umani ahjar u jaghmel l-ahjar uzu minnhom ghal gid tal-pajjiz u tal-familji kollha. Irridu li nkunu ma’ l-ahjar pajjizi anke fi hdan l-istess Unjoni Ewropea u mhux fl-ahhar postijiet kif sfortunatament tindika l-Agenda ta’ Lisbona.
Fl-ahharnett nixtiequ nifirhu lis-sur Emmanuel Zammit li rebah il-Young Digital Planet Platinum Award ghall-ahjar uzu ta’ l-ICT fl-edukazzjoni matul l-2007 eLearning Awards li saru fi Brussel. Is-success tas-sur Zammit jikkonferma kemm il-poplu Malti huwa poplu kapaci u li kapaci jikkompeti ma’ kulhadd.
Carmelo Abela
Kelliem Ewelieni Laburista ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh
Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista ghaz-Zghazagh Sport u Kultura
|