|
Bil-programm ta’ hidma li hemm fl-abbozz ta’ pjan ghal Ghawdex imniedi ftit tal-jiem ilu mill-Partit Laburista, Ghawdex jibbenefika hafna u jekk il-proposti f’dan l-abbozz ta’ pjan jitwettqu, ikunu ta’ gid kbir ghal Ghawdex. Dan qalu l-President tal-Gozo Business Chamber, is-sur Michael Caruana waqt laqgha li delegazzjoni tal-Partit Laburista kellha ma delegazzjoni mill-Gozo Business Chamber, dwar l-abbozz ta’ pjan ta’ zvilupp għal Għawdex bħala gżira reġjun imniedi ftit tal-jiem ilu mill-Partit Laburista.
Is-sur Caruana qal li l-abbozz ta’ pjan Laburista fiha hafna sustanza u fih hafna x’wiehed jixtarr. Dan il-pjan laqat hafna setturi differenti u huwa importanti hafna li l-proposti li fih jitwettqu ghaliex b’dal-proposti Ghawdex jimxi hafna ‘l quddiem. Il-President tal-Gozo Business Chamber qal li huma jaqblu hafna mal-process ta’ konsultazzjoni li l-Partit Laburista qieghed jaghmel dwar l-abbozz ta’ pjan tieghu, ghaliex dan huwa l-mod kif ghandhom jigu indirizzati l-problemi t’Ghawdex.
Is-sur Caruana tkellem dwar it-turizmu f’Ghawdex u qal li l-gheluq ta’ numru ta’ lukandi Ghawdxin xejn ma jibghat sinjali sbieh ghal min ikun qed jithajjar li jinvesti fis-settur turistiku Ghawdxi. Il-kelliem iddeskriva bhala allarmanti l-gheluq tal-lukandi f’Ghawdex waqt li qal li l-abbozz ta’ pjan Laburista jaghmel punti validissimi f’dik li hija ghajnuna ghas-settur turistiku Ghawdxi. Il-kelliem tkellem ukoll dwar il-htiega ta’ airstrip ghal Ghawdex li tkun addizzjonali mal-facilitajiet li diga hemm f’Ghawdex anki bil-ghan li jkun hemm il-possibilita li l-low cost airlines jibdew joperaw minn Ghawdex.
Dwar il-proposta Laburista li jkun hemm Kunsill Regjonali ghal Ghawdex, is-sur Caruana qal li l-Gozo Business Chamber waqt li taqbel ma Kunsill bhal dan u thares lejh bhala pedina important, temmen li fih ghandu jkun hemm nies ta’ kwalita` iktar milli kwantita ta’ nies. Dwar il-MEPA intqal li l-Gozo Business Chamber temmen li waqt li ghandu jkun hemm struttura simili, ma jistax ikun li permess idum biex johrog is-snin. Hemm bzonn li l-burokrazija fis-sistemi tal-gvern tkun indirizzata bis-serjeta`.
Is-sur Caruana semma wkoll il-problema tar-rimi ta’ l-iskart tal-bini u qal li trakk bi skart tal-bini irid ihallas Lm50 biex jarmi l-iskart f’xi barriera. Din hija spiza kbira hafna u ghalhekk hemm bzonn li jinstab sit fil-bahar fejn issir reklamazzjoni tal-art, b’attenzjoni ghall-impatt fuq l-ambjent. Il-kelliem semma wkoll il-problemi kbar li qed tohloq is-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u qal li hemm bzonn ta’ soluzzjoni immedjata.
Michael Grech, ukoll f’isem il-Gozo Business Chamber semma kif il-qasam industrijali tax-Xewkija spicca cimiterju waqt li baqa ma sar xejn wara 20 sena, biex jinstab post ghal azjendi zghar li bhal issa joperaw fl-abitat minghajr permess. Kelliem iehor f’isem il-Gozo Business Chamber kien Joe Grech li qal li hemm bzonn li titwaqqaf task force bil-ghan li tahdem biex tigbed lejn Ghawdex investiment barrani li llum huwa kwazi inezistenti.
Minn naha tieghu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant qal li l-Partit Laburista jemmen li bhal f’Malta biex l-affarijiet f’Ghawdex jibdew jiccaqilqu hemm bzonn li tinghata spinta l-ewwel nett lit-turizmu u wara lill-industrija. Jekk mhux se jsir sforz qawwi f’din id-direzzjoni, l-affarijiet se jibqghu sejrin lura.
Dr Sant semma l-bzonn li l-yacht marina ezistenti f’Ghawdex titjib waqt li tinbena ohra gdida. Dwar il-kuntatt bl-ajru m’Ghawdex, qal li l-Partit Laburista jemmen li l-ewwel pass ghandu jkun li jigi zgurat li s-servizz tal-helikopter jibda jiffunzjona tajjeb mhux kif qed jaghmel illum. Semma wkoll il-proposta Laburista li Ghawdex ikollu Awtorita ghat-Turizmu u qal li l-Partit Laburista jaqbel li Ghawdex ikollu rapprezentanza effettiva fl-ambaxxata ta’ pajjizna fi Brussel.
Il-Partit Laburista jaqbel ukoll ma diskriminazzjoni favur Ghawdex u huwa ghalhekk li qed jipproponi li jitwaqqaf statut fiskali li jipprovdi inċentivi ta’ flus lil intrapriżi żgħar fl-oqsma tat-turizmu, tal-manifattura, tal-artiġjanat, tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u tal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd u lil għarajjes, miżżewġin u familji b’genitur wiehed għax-xiri ta’ l-ewwel residenza tagħhom.
Dwar il-Kunsill Regjonali ghal Ghawdex, Dr Sant qal li l-Partit Laburista jrid li dal-Kunsill ikun wiehed partecipattiv u li izda jirrifletti l-linja politika tal-gvern tal-gurnata. Dwar il-MEPA, Dr Sant qal li l-Partit Laburista jzomm din l-awtorita izda jwettaq fiha riformi kbar. Dwar il-problema tar-rimi ta’ l-iskart tal-bini, qal li l-Partit Laburista jaqbel li jkun hemm riklamazzjoni ta’ l-art fil-bahar u se jkun qed jesplora dil-possibilita waqt zjara li delegazzjoni Laburista se taghmel f’Dubai.
Prezenti ghall-laqgha ghan-naha tal-Partit Laburista kien hemm ukoll id-deputati Laburisti Ghawdxin Dr Anton Refalo u Dr Justyne Caruana u l-kelliem ewlieni ghall-industrija Chris Agius. Il-laqgha ta’ dal-ghodu kienet taghmel parti minn sensiela ta’ laqghat li l-Partit Laburista kellu ma’ bosta korpi minn oqsma differenti, matul il-bierah u illum dwar l-abbozz ta’ pjan tieghu ghal Ghawdex.
|