It-Telfa ta' Gorg Chircop

Stqarrija mahruga mid-Deputati Laburisti Carmelo Abela Kelliem Ewlieni ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh, u minn Dr Justyne Caruana Kelliema ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura

 Is-socjeta` Maltija tilfet persuna li hadmet fil-qasam kulturali, specjalment fejn jidhol il-qasam tal-folklor, kif ukoll il-lingwa Maltija. It-telfa tas-sur Gorg Mifsud Chircop se thalli vojt fuq livell nazzjonali. Il-hidma tieghu kienet hidma minghajr hafna daqq ta' trombi imma fl-istess waqt kienet effettiva.

 L-involviment tieghu fil-qasam folkloristiku ghen biex il-poplu Malti lapprezza, fost l-ohrajn l-ghana Malti bhala parti mill-kultura taghna u kien strumentali anke fl-organizazzjoni ta' attivitajiet bhal Festival Nazzjonali ta' l-Ghana.

 Fil-qasam tal-lingwa Maltija zgur li Gorg Mifsud Chircop ta wkoll il-kontribut tieghu, kemm bhala edukatur u ghalliem tal-Malti, bhala xandar, kif ukoll bhala kittieb u pubblikatur.

 Fl-ahharnett, il-Partit Laburista jixtieq jesprimi l-kondoljanzi u s-solidarjeta` tieghu f'dan il-mument difficli lill-familjari u l-qraba tieghu, kif ukoll lil dawk kollha li hadmu mill-qrib mieghu.  Jalla s-socjeta` Maltija jkollha aktar persuni li jimxu fuq il-passi tieghu jahdmu halli jippromwovu l-folklor u l-lingwa Maltija.

© 2007 - Justyne Caruana