Il-Kampjonati tal-Ghawn f'Barcellona u Pixxina f'Ghawdex

(17-07-2003)

Bhala Partit Laburista nemmnu li l-isports ghandu rwol importanti fis-socjeta` taghna, specjalment fejn jidhlu z-zghazagh. Il-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar kienu ta' sodisfazzjon kbir ghal pajjizna. Kien rizultat li jistimula u jaghmel kuragg ghall-hidma ikbar sabiex inkomplu nghollu l-livell u ngibu iktar medalji ghal pajjizna.

Issa li l-Loghob tal-Pajjizi z-Zghar ghadda, rridu nharsu ‘l quddiem. Fil-fatt il-pass li jmiss hija Barcellona fejn qed isiru l-kampjonati ta' l-ghawm li ghalihom se jippartecipaw tlett ghawwiema Maltin; Angela Galea, Roberta Callus u Noel Agius - tlett atleti li rebhu diversi medalji.

Bhala Partit Laburista nemmnu li ghandu jitrawwem is-sehem tan-nisa fl-isports u zewg atleti nisa minn tlett ghawwiema huwa pass konkret lejn din id-direzzjoni. Filwaqt li niehdu l-opportunita` sabiex nawguraw success lill-atleti taghna f'dan il-kampjonat, inkomplu nheggu hidma minn naha ta' l-awtoritajiet sabiex l-atleti taghna jkollhom kull ghajnuna possibbli.

Nemmnu li l-punti fuq il-programm elettorali u l-agenda li kellu l-Partit Nazzjonalista u li gew imwieghda ghall-iskop ta' l-elezzjoni, issa li ghaddiet l-elezzjoni, ghandhom jigu mwettqa. Fil-kuntest ta' l-ghawm, nirreferu ghall-weghda ta’ pixxina f’Ghawdex, biex l-Ghawdxin ikollhom facilita` bhal ma ghandhom il-Maltin biex ikunu jistghu jipprattikaw l-isports marbut mal-ghawm tul is-sena kollha.

Minn domandi parlamentari li saru jirrizulta li ghalkemm hemm il-hsieb li din il-pixxina ssir, m’hemmx rabta soda minn naha tal-gvern, li fl-ahhar mill-ahhar impenn taht forma ta’ weghda elettorali, jitwettaq. Skond twegibiet moghtija fil-Parlament, jidher ukoll li ghadu kmieni wisq biex jinghataw dettalji bhall-lokalita`, daqs u facilitajiet ohra konnessi ma din il-pixxina f’Ghawdex - dettalji li suppost jigu mahsuba minn hafna qabel - galadarba saret din il-weghda qabel l-ahhar elezzjoni.

Dan kollu qed iwassal sabiex l-Ghawdxin li ghandhom ghal qalbhom l-isport tal-ghawm u tal-waterpolo m’ghandhomx il-facilitajiet li jezistu f’Malta. Dan barra mill-fatt li l-iSwimming Promotion Unit ma jistax jaqdi l-funzjonijiet tieghu fil-gzira Ghawdxija, hekk kif ammetta wkoll il-Ministru responsabbli mill-iSport.

Fil-fehma tal-Partit Laburista dan ma jawgurax tajjeb li se jitwettqu l-weghdiet elettorali li saru qabel l-elezzjoni. Issa li ghaddiet l-elezzjoni l-affarijiet jidhru li qed jittiehdu b'certa leggerezza. Il-Partit Laburista bhala Oppozizzjoni kostruttiva jhossu fid-dover li jigbed l-attenzjoni tal-Gvern dwar il-bzonnijiet ta' l-atleti u ta' dawk kollha li huma nvoluti fix-xena sportiva ta' pajjizna. L-isports ma ghandux ikollu kuluri, kif ukoll m’ ghandux jintuza biex jintrebhu l-voti u wara l-elezzjoni jintesa kollox.

Mill-gdid, awguri mill-qalb lil Angela, Roberta u Neil.


Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh


Dr Justyne Caruana
Kelliem Laburista ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura

 

© 2008 - Justyne Caruana