Il-premju 'Gharfien Nazzjonali Zghazagh fis-Socjeta 2005'

(27-04-2006)

F’isem l-Oppozizzjoni Laburista nixtiequ nifirhu liz-Zghazagh Azzjoni Kattolika (ZAK), li s-Sibt li ghadda gew moghtija l-premju ‘Gharfien Nazzjonali Zghazagh fis-Socjeta` 2005’. Barra minn dan nixtiequ nifirhu wkoll lill-erba’ finalisti l-ohra li huma l-Caritas Youth Voluntary Service, c-Centru Zghazagh Balzan, il-Moviment Graffiti, u l-Youths@local taz-Zejtun. Dawn il-hames ghaqdiet taz-zghazagh huma vetrina tal-bosta ghaqdiet taz-zaghzagh li nsibu f’Malta u Ghawdex.

Huwa tassew xieraq li niccelebraw aktar it-tajjeb li l-maggoranza taz-zghazagh jaghmlu milli l-ftit negattiv. Hija haga certa li numru kbir ta’ zghazagh ghandhom rieda tajba u huma essenzjali ghas-socjeta` taghna. Izda ma nistghux ninsew lil dawk iz-zghazagh li ghaddejjin minn problemi ta’ diversi tip, ewlenin fosthom ix-xoghol, nuqqas ta’ edukazzjoni, problemi emozzjonali u dawk li ddakkru mill-vizzju tad-droga, fejn ponn nies qed isiru sinjuri minn fuq id-djghufija ta’ dawn iz-zghazagh. F’dan il-kuntest inheggu lill-awtoritajiet koncernati sabiex jintensifikaw l-isforzi taghhom halli jikkumbattu din is-sahta tas-socjeta` taghna.

Ghalhekk nappellaw lill-awtoritajiet koncernati halli jaghmlu l-almu kollu taghhom sabiex ighinu b’mod partikolari lil dawn iz-zghazagh li ghaddejjin minn dawn id-diffikultajiet. Fl-istess hin nappellaw liz-zghazagh biex ma jaqtghux qalbhom f’mumenti difficli. Ahna bhala Partit Laburista mhux biss nuru s-solidarjeta` taghna, imma nweghdu li se naghmlu dak kollu possibbli sabiex dawn il-problemi jigu solvuti kemm jista’ jkun ghal kulhadd.

Is-socjeta` taghna ghandha bzonn is-sehem taz-zghazagh u l-energija taghhom u ghalhekk huwa aktar mehtieg li naghtu kaz tal-problemi li jkunu qed ihabbtu wicchom maghhom.

Mill-gdid intennu l-apprezzament taghna ghall-hidma li dawn l-ghaqdiet wettqu matul is-sena 2005 u nawgurawlhom aktar hidma fejjieda b’risq iz-zghazagh u s-socjeta` kollha kemm hi.

Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista Ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh



Justyne Caruana
Kelliema Laburista ghaz-Zghazagh, Sport, u Kultura

© 2008 - Justyne Caruana