|
Id-Deputat Mexxej Laburista ghall-Affarijiet tal-Partit Dr Michael Falzon qal li f’pajjizna ma nistghux nibqghu nitkellmu biss dwar il-futur izda nibqghu ma niehdux l-azzjonijiet li huma mehtiega illum. Meta dal-ghodu kien qieghed jindirizza seminar organizzat mill-Fondazzjoni Mikiel Anton Vassalli bit-tema “Iz-Zghazagh Maltin u Ghawdxin : X’Futur Ghandhom?” Dr Falzon qal li jekk pajjizna se jibqa` jitkellem dwar il-futur daqs illi kieku dan mhu se jasal qatt, ma huwa se jasal imkien.
Pajjizna ghandu quddiemu sensiela ta’ prioritajiet li jinhtieg li jkunu iffacjati b’mod immedjat. F’dan il-kuntest id-deputat Mexxej Laburista tkellem dwar il-Konferenza Generali li l-Partit Laburista se jlaqqa fi tmiem dan ix-xahar bit-tema Pjan Laburista Bidu Gdid.
Sahaq li l-Partit Laburista jhares lejn il-problemi f’termini ta’ soluzzjonijiet u jrid li jkollu twegiba pozittiva ghal dak li llum huwa negattiv f’pajjizna. Dr Falzon qal li l-Partit Laburista jrid li joffri vizjoni ghal pajjizna bla ma jwieghed soluzzjonijiet mirakoluzi. Il-Partit Laburista jrid ikun gvern ahjar billi joffri futur ahjar fl-oqsma kollha li jaghmlu lil kull wiehed u wahda minna bnedmin.
Fid-diskors tieghu Dr Falzon semma l-htiega li l-istituzzjonijiet f’pajjizna jinfethu iktar ghaz-zaghzagh biex dawn jaghtu s-sehem taghhom fihom waqt li heggeg liz-zghazagh biex jaghtu sehem ikbar f’decizjonijiet li jittiehdu mill-istituzzjonijiet u li jolqtu lilhom b’mod dirett.
Is-seminar ta’ dal-ghodu kien indirizzat ukoll fost l-ohrajn mill-kelliema Laburista ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura Dr Justyne Caruana, li tkellmet dwar kif jibqa` inaccettabli l-fatt li llum ghad ghandna zghazagh li wara snin shah ta’ edukazzjoni qed johorgu mill-iskejjel, mhux ma jafux juzaw kompjuter, izda lanqas jafu jiktbu u jaqraw. Dan huwa sinjal ta’ falliment tas-sistema edukattiva taghna u hemm bzonn ta’ politika specifika ghal zghazagh bhal dawn.
Dr Caruana semmit ukoll kif mal-25% taz-zghazagh ihossuwhom telliefa u dan qed ihalli impatt negattiv fuqhom matul hajjithom kollha. Il-kelliema staqsit ukoll kif jista jkun li waqt li qed ikun hemm hafna ftahir dwar kemm gej investiment barrani lejn pajjizna, fir-realta l-problema ta’ nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ xoghol fost iz-zghazagh ghandhom kbar.
Fis-seminar hadu sehem ukoll Sean Meli u Duncan Bartolo mill-General Workers’ Union Youths, Clyde Caruana mill-Forum Zghazagh Laburisti u Cory Greenland mill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh
|