Lejn Edukazzjoni ta’ Kwalita` ghal Kulhadd

(24-09-2007)

Il-mira tal-Partit Laburista hija li jkollna edukazzjoni ta’ kwalita` ghal kulhadd. Dan hareg b’mod car fil-Pjan li l-Partit Laburista approva f’Lulju tas-sena 2006. F’dan l-istess Pjan hemm sensiela ta’ proposti li huma mmirati halli l-istudent verament ikun fic-centru ta’ l-attenzjoni tas-sistema edukattiva ta’ pajjizna.

Fil-bidu ta’ sena skolastika gdida nappellaw lill-gvern u nawguraw li din il-mira li kull student ikun verament fic-centru ta’ l-attenzjoni tintlahaq. Nappellaw ukoll li, issa li ntlahaq ftehim bejn il-gvern u l-union ta’ l-ghalliema l-MUT, ma ghadx fadal aktar skuzi mill-gvern sabiex hwejjeg li suppost gew implimentati snin ilu wara l-pubblikazzjoni tal-kurrikulu minimu nazzjonali, sa fl-ahhar jigu mwettqa ghall-gid ta’ l-istudenti kollha.

Nittamaw ukoll li minhabba tibdil fl-istruttura centrali, fejn id-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni qed tigi sostitwita minn zewg Direttorati, ma jkunx hemm problemi fejn jidhol l-appogg mehtieg lill-iskejjel u dan dejjem fl-interess ta’ l-edukazzjoni f’pajjizna. Nappellaw ukoll halli jittiehdu l-prekawzjonijiet necessarji fejn ghadu ghaddej xoghol ta’ manutenzjoni u bini fl-iskejjel halli ma jkunx ta’ periklu ghal dawk li jkunu f’dawn l-iskejjel.

Fl-ahharnett nawguraw lill-istudenti, lill-ghalliema u lill-haddiema kollha li ghandhom xi rwol fis-sistema edukattiva, sena ta’ hidma mill-aqwa. Pajjizna ghandu bzonn li jahdem hafna aktar halli fejn jidhlu r-rizultati edukattivi ma nibqghux ma’ ta’ l-ahhar meta nqabblu r-rizultati ta’ pajjizna ma’ pajjizi ohra membri fl-Unjoni Ewropea.



Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista
ghaz-Zghazagh, Kultura u Sport




Dr Justyne Caruana
Kelliema ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura

© 2008 - Justyne Caruana