Education through Sport

ID-DEPUTAT Laburista Carmelo Abela, Kelliem Ewlieni ta‘ l-Oppozizzjoni dwar l-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh, u d-Deputata Justyne Caruana, Kelliema ghaz-Zghazagh, Kultura u Sport, qalu fi stqarrija li l-Partit Laburista jemmen li z-zghazagh ghandhom ikollhom sehem attiv fl-oqsma nazzjonali minn issa, u mhux xi darba fil-futur.

Il-kelliema Laburisti Carmelo Abela u Jystyne Caruana qalu li l-hiliet taz-zghazagh ghandhom jisseddqu ghall-gid tal-pajjiz u l-futur ta’ Malta jiddpendi mill-hiliet taghhom u fuq il-fiducja li ahna jkollna fihom.

Fl-istqarrija taghhom, Abela u Caruana tennew l-appell li ghamel il-Mexxej Laburista Alfred Sant biex aktar zghazagh jersqu lejn il-Partit Laburista halli jaghtu l-kontribut siewi taghhom.

Waqt li qalu li l-Partit Laburista jemmen fl-energija u fl-entuzjazmu taz-zghazagh, iz-zewg kelliema nnutaw il-fattur pozittiv li hawn 70,000 zaghzugh u zaghzugha li huma nvoluti f’diversi ghaqdiet f’oqsma vitali.

Fl-istqarrija taghhom, Carmelo Abela u Justyne Caruana qalu li l-Partit Laburista jemmen ukoll li m’ghandux ikun hawninugwaljanzi socjali li jolqtu liz-zghazagh u li min-naha taghhom, iz-zghazagh ghandhom jilqghu ir-responsabbiltajiet taghhom u jhaddmuhom fis-socjetà.

Iz-zewg kelliema jirreferu ghall-vaganzi tas-sajf u appellaw liz-zghazgh biex igawdu s-sajf b’mod san.

Fid-dawl tat-thassib ta’ hafna genituri minhabba l-abbuzi tad-droga u alkohol, iz-zewg kelliema heggew liz-zghazagh biex joqghodu attenti biex ma jaqghux fil-vizzju tad-droga u biex ma jixorbux b’mod eccessiv. Appellaw liz-zghazagh ukoll biex ikunu aktar attenti u kawti fis-sewqan.

Carmelo Abela u Justyne Caruana qalu li z-zghazagh ghandhom ikunu mharsa minn kull tip ta’ sfruttament u heggew lis-sidien ta’ stabbilimenti biex josservaw il-ligijiet, specjalment biex ma jbieghux alkohol lil persuni taht l-età.

Appellaw biex fix-xhur tas-sajf tinhass aktar il-prezenza tal-pulizija biex ikunu evitati incidenti jew biex jintervjenu ghall-ghajnuna f’kaz li jinqalghu incidenti.

"Rwol iehor li ghandu jkollha l-pulizija huwa li jassiguraw li z-zghazagh ma jigux sfruttati waqt li jkunu qeghdin jiehdu pjacir u jirrilassaw," qalet l-istqarrija.

Fl-istqarrija taghhom, Carmelo Abela u Justyne Caruana heggew liz-zghazagh biex jiehdu hsieb sahhithom waqt li jkunu qeghdin igawdu l-bahar u x-xemx billi juzaw protezzjoni addattata kontra r-raggi tax-xemx.

Barra minn dan, qalu Carmelo Abela u Justyne Caruana, iz-zghazagh ghandhom joqghodu attenti mill-mard infettiv, specjalment f’dak trasmess sesswalment li l-periklu tieghu jizdied fis-sajf minhabba l-prezenza ta’ aktar barranin f’pajjizna

 

© 2005 - Justyne Caruana