Id-decizjonijiet fl-edukazzjoni jridu jwasslu ghal bidla ghall-ahjar - Dr Alfred Sant

(26-08-2006)

Il-Partit Laburista jrid li d-decizjonijiet fil-qasam ta’ l-edukazzjoni jittiehdu fuq mudell partecipattiv u jkunu decizjonijiet li jwasslu ghal bidla ghall-ahjar. Dan qalu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant meta dal-ghodu kien qieghed jindirizza laqgha ta’ diskussjoni bit-tema L-Edukazzjoni : Mill-Kindergarten sal-Primarja organizzata mill-Fondazzjoni Mikiel Anton Vassalli.

Dr Sant qal li ghalkemm l-edukazzjoni hija responsabilita ta’ kulhadd, l-iktar li jkunu involuti fid-decizjonijiet huma l-politici u l-edukaturi. Ma da kollu d-decizjonijiet la ghandhom jithallew f’idejn il-politici biss, u lanqas f’idejn l-edukaturi biss u lanqas f’idejhom it-tnejn biss. Hemm bzonn ta’ partceipazzjoni iktar wiesa fil-mod kif tinhadem l-istrategija edukattiva ta’ pajjizna.

Minkejja li bhala pajjiz qed nonfqu l-miljuni fuq is-sistema edukattiva, ma humiex jinkisbu r-rizultati kollha mixtieqa u mqabbla ma pajjizi ohra Ewropej, Malta qed taqa lura f’oqsma krucjali ghat-taghlim. Ghalhekk, qal Dr Sant, pajjizna ghandu bzonn malajr kemm jista jkun titjib biex fis-settur edukattiv jerga jibda jaqdef ‘il quddiem. Dan ghandu jsir bil-partecipazzjoni tal-forzi kollha, kemm il-politici, l-edukaturi u anki l-istudenti u l-familji.

Il-Partit Laburista huwa kommess li jara li jkun hemm titjib fil-fazi tranzitorja ta’ bejn il-kindergarten u l-primarja ghaliex dil-fazi hija l-pedament tas-sistema edukattiva u permezz ta’ titjib f’dil-fazi jinkisbu l-iktar rizultati li jhallu impatt ghat-tul. Ghalhekk hemm bzonn ta’ decizjonijiet strategici li jaqbel maghhom l-ikbar numru possibli ta’ nies u li jibdew jitwettqu malajr kemm jista jkun.

Il-laqgha ta’ dal-ghodu kienet indirizzata wkoll mill-Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh, Carmelo Abela u mill-Kelliema Laburista ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura Dr Justyne Caruana. Abela qal li bil-pjan tieghu ghall-edukazzjoni l-Partit Laburista qed juri bl-iktar mod car li mhux se jaccetta dak li hemm illum f’dan is-settur ghaliex dan ma hux jaghti rizultati tajbin. Il-Partit Laburista jemmen f’edukazzjoni ta’ kwalita` ghal kulhadd.

Il-kelliem qal li l-pjan Laburista jiffoka fuq dak li jigri fil-klassijiet taghna mhux bhal ma qed jigri bhal issa fejn l-iffukar qed isir fuq hafna strutturi li zgur li ma humiex il-qofol ta’ dak li hemm bzonn li jsir. Dwar il-proposta Laburista li tidhol sena gdida bejn is-sentejn tal-kindergarten u l-ewwel sena tal-primarja, Abela qal li dil-proposta saret minn bosta edukaturi u l-Partit Laburista fehem l-importanza taghha fl-izvilupp emozzjonali u edukattiv tat-tfal.

Il-Partit Laburista jrid li jonqos l-istress fost it-tfal taghna ghaliex skond studju li sar minn universita barranija l-istudenti Maltin u Ghawdxin huma l-iktar li ghandhom stress fl-Ewropa. Carmelo Abela qal li anki l-kurrikulu minimu nazzjonali jitkellem dwar kif hafna tfal ihossu diskrepanza kbira bejn il-kindergarten u l-primarja. Minn dan kollu jbatu t-tfal u ghalhekk il-Partit Laburista ma jistax jibqa b’idejh fuq zaqqu.

Minn naha taghha Dr Justyne Caruana tkellmet fost l-ohrajn dwar l-illitterizmu u qalet li ghalkemm qed jinghad li dan naqas, jibqa` l-fatt li sakemm se jibqa` jkollna studenti li johorgu mill-iskola illitterati, dan jirrifletti falliment, minkejja l-investimenti li qed isiru fl-edukazzjoni. Caruana qalet li l-pjan Laburista ghall-edukazzjoni jikkonferma li l-Partit Laburista jibqa` pijunier fl-edukazzjoni dejjem bil-ghan li iktar tfal u zghazagh ikollhom access ghat-taghlim.

Is-seminar ta’ dal-ghodu kien indirizzat ukoll minn Dennis Zammit, edukatur, minn Carol Debono, President ta’ l-Assocjazzjoni Kunsilli ta’ l-Iskejjel, minn Dr Joseph Giordmaina, Lecturer u Head of Department, Education Studies fil-Fakulta` ta’ l-Edukazzjoni fl-Universita` ta’ Malta, minn Dr Joseph Mangani, Eks-Assistent Direttur, Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni u minn Miriam Mallia, Assistent Kap fi skola primarja.

© 2008 - Justyne Caruana