Irridu li z-zghazagh ikunu cittadini attivi tas-socjeta taghna - Dr Alfred Sant

(07-10-2006)

Il-Partit Laburista jrid li z-zghazagh Maltin u Ghawdxin ikunu qrib it-tmun tal-grajjiet f’pajjizna waqt li jkunu cittadini attivi tas-socjeta taghna. Dan qalu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant meta dal-ghodu kien qieghed jindirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet li matulha tnieda abbozz ta’ pjan Laburista ghaz-zghazagh Maltin u Ghawdxin, li kien ikkordinat mill-kelliema Laburista ghaz-zghazagh, sport u kultura Dr Justyne Caruana.

Karta Żgħażagħ Nazzjonali

Fost numru ta’ proposti, il-Partit Laburista fl-abbozz ta’ pjan tieghu qed jipproponi t-twaqqif ta’ Karta Żgħażagħ Nazzjonali, li tkun toffri servizzi speċjali u roħs kemm minn servizzi pubbliċi u anke minn servizzi privati li jissieħbu fl-iskema. B’dan il-mod iż-żgħażagħ jingħataw assistenza diretta sabiex jieħdu vantaġġi fix-xiri li jkollhom jagħmlu ta’ ħtiġijiet edukattivi, sportivi u kulturali.

L-abbozz Laburista jindirizzaw koll il-htiega li jitħaffef il-piż li jiffaċċjaw koppji żgħażagħ meta jiġu biex jixtru l-ewwel dar tagħħom u jieħdu self. Isir studju dwar il-possibbilta` li jiġu riveduti r-rati u s-ceiling ta’ taxxa applikabbli fil-preżent għall-akkwist ta’ l-ewwel dar li tintuża bħala unika u ordinarja residenza, kif ukoll jiżdied is-ceiling ta’ refuzzjoni ta’ VAT fuq spejjeż li jsiru fuq l-ewwel dar.

Bil-ghan li iktar zghazagh jibdew negozji taghhom, il-Partit Laburista qieghed jipproponi li tiġi ikkunsidrata skema ta’ inċentivi li bihom iż-żgħażagħ ma’ jħallsux il-bolla kontributorja (N.I) fl-ewwel sentejn minn meta jinfetaħ in-negozju filwaqt li jinħolqu skemi oħra ta’ rebates għaż-żgħażagħ li jippruvaw jagħmlu investiment f`negozju.

Fond nazzjonali ghat-tahrig

Il-Partit Laburista jsostni wkoll l-impenn shih tieghu li mill-gvern jaħdem sabiex igib lejn Malta investiment barrani li joħloq ix-xogħol, u dan sabiex tiġi indirizzata r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ. Qed ikun propost ukoll li gvern Laburista ġdid bi ftehim ma’ min iħaddem u mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, jara li jinħoloq fond nazzjonali għat-taħriġ kontinwu. B’dan il-mod il-ħaddiema jaġġornaw il-ħiliet tagħhom minn żmien għal żmien.

L-abbozz Laburista jitkellem ukoll dwar zghazagh li qed ikunu sfrutatti fuq il-postijiet tax-xoghol taghhom u jghid li gvern Laburista ġdid ikun viġilanti sabiex ma jseħħux dawn it-tip ta’ abbużi. Fl-istess hin gvern Laburista gdid jagħti prijorita` lill-implimentazzjoni tal-miri ta’ Lisbona u l-Patt Ewropew taż-Żgħażagħ bil-ghan li tkun miggielda l-problema ta’ l-illitteriżmu u pajjizna joffri impjiegi żguri u ta’ livell għoli.

Vuci lill-istudent

Qed ikun propost ukoll studju regolari dwar l-indikaturi fis-settur tax-xogħol li jgħinu liż-żgħażagħ jaghmlu l-ghazliet taghhom biex jistudjaw materji li jgħinuhom fid-dinja tax-xogħol ta’ għada. Gvern Laburista ġdid jaħdem ukoll sabiex il-kwalifiki taż-żgħażagħ li jattendu korsijiet fl-MCAST ikunu rikonoxxuti fit-totalita` tagħhom u jippermettu lill-istudenti sabiex ikomplu jistudjaw.

Fl-istess hin Gvern Laburista ġdid ikompli jsostni boroż ta` studju għaż-żgħażagħ għal barra minn Malta u jidħol fi djalogu ma’ l-Universita` ta` Malta u l-MCAST sabiex jiġu żviluppati aktar programmi ta` speċjalizzazzjoni. Proposta ohra hija li f`kull skola jkun iffurmat kunsill studentesk awtonomu li jikkollabora mat-tmexxija ta’ l-iskola, bil-ghan li tissaħħaħ il-vuċi ta’ l-istudenti f’pajjiżna.

Gvern Laburista ġdid jara li l-programm YOUTH ta’ l-Unjoni Ewropea jiġi promoss iżjed fost iż-żgħażagħ, partikolarment dawk inqas ipprivileġġjati, waqt li jippromwovi skemi tal-Commonwealth li joffru opportunitajiet liż-żgħażagħ fil-Kanada, l-Awstralja u pajjiżi oħra. Il-Partit Laburista qed jipproponi wkoll li zgħażagħ u studenti li jinteressaw rwieħhom fl-ambjent mill-aspett akkademiku għandhom jingħataw boroż ta’ studju kemm f’Malta kif ukoll barra u jkunu mħeġġin ukoll biex jidħlu għal-progetti ta` riċerka.

Ċentru Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Proposta ohra hija li gvern Laburista ġdid fiżikament jiċċentralizza l-amministrazzjoni u t-tmexxija ta’ l-entitajiet kollha mhux governattivi taż-żgħażagħ f’bini wieħed. Dan iċ-Ċentru Nazzjonali taż-Żgħażagħ joffri spazju fost l-ohrajn għal laqgħat u konferenzi.

F’dik li hija politika dwar is-sahha taz-zghazagh, l-abbozz ta’ pjan Laburista jitkellem fost l-ohrajn dwar l-obesita, it-tqala fost l-adoloxxenti, id-droga u l-alkohol. L-abbozz jghid li gvern Laburista ġdid jaħdem biex jipprovdi kull għajnuna possibbli lill-ommijiet żgħażagħ, lil dawk id-djar u istituzzjonijiet li jilqgħu t-tfajliet f’mument daqshekk diffiċli. Gvern Laburista jaħdem ukoll biex jiġu introdotti servizzi u kampanji edukattivi speċjalizzati minn professjonisti fl-iskejjel sabiex tkun miggielda l-obesita`.

Dwar il-glieda kontra d-droga u l-alkohol, qed ikun propost li jkun hemm iktar ko-ordinazzjoni bejn l-entitajiet u forzi kollha biex jinghata servizz iktar effiċjenti u effettiv. L-abbozz isemmi wkoll il-htiega li jkun hemm iktar viġilanza fl-iskejjel kontra l-bullying waqt li qed ikun propost li jitwaqqaf research group li janalizza statistika ta’ żgħażagħ li jmissu mal-ġustizzja u jistudja policies kontra d-delinkwenza f’pajjiżna.

Sports u Ghawdex

Dwar l-isport l-abbozz Laburista jghid li l-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel u l-ħin iddedikat għall-isport flimkien mal-kompetizzjonijiet u attivitajiet sportivi fl- għandhom jissaħħu. Gvern Laburista ġdid jassisti finanzjarjament lil dawk l-atleti żgħażagħ b`potenzjal li jikkompetu fuq livell Ewropew u dinji waqt li jappoġġja bis-sħiħ lill-atleti żgħażagħ b’dizabilita li jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet internazzjonali f’bħall- iSpecial Olimpics.

Dwar iz-zghazagh Ghawdxin l-abbozz Laburista jipproponi li jitkompla l-proċess li kien beda bejn l-1996 u l-1998 biex il-back office work tal-gvern jiġi proċessat Għawdex u iktar ħaddiema tal-gvern Għawdxin jiġu jaħdmu f’Għawdex stess. Jiżdiedu f’Ghawdex il-korsijiet fl-MCAST u fic-Ċentru ta’ l-Universita’ kif ukoll tingħata iktar għajnuna lill-istudenti Għawdxin li jattendu korsijiet Malta.

Gvern Laburista ġdid jimpenja ruħu wkoll li l-ETC toffri f’Għawdex l-istess skemi u servizzi li jkunu offruti f’Malta, kif ukoll jiġu studjati skemi apposta għaż-żgħażagħ Għawdxin. Gvern Laburista ġdid jimpenja ruħu li jkun puntwali fil-pagamenti ta’ l-allowances u sussidji.

Waqt il-konferenza ta’ l-ahbarijiet Dr Alfred Sant qal li l-Partit Laburista qed joffri proposti li permezz taghhom tissahhah u titwessa l-partecipazzjoni taz-zghazagh fil-hajja nazzjonali. Minn naha taghha Dr Justyne Caruana qalet li l-Partit Laburista jemmen li ż-żgħażagħ mhumiex biss il-futur, iżda huma l-preżent. B`hekk għandhom ikunu parteċipi b`mod sħiħ fis-soċjeta` billi jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet u jkollhom l-opportunitajiet kollha sabiex jilħqu l-potenżjal tagħhom.

Prezenti ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet kien hemm ukoll id-deputat Mexxej Laburista Dr Michael Falzon, il-kelliem ewlieni Laburista ghall-edukazzjoni, kultura u zghazagh Carmelo Abela u l-whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Joe Mizzi.

© 2008 - Justyne Caruana