|
Meta l-poplu Malti u Ghawdxi se jivvota ghal gvern Laburista gdid se jkun qed jivvota ghal bidla ghall-ahjar fis-sistema tat-tmexxija ta' pajjizna u ghal bidla ghall-ahjar fil-mod kif isiru l-affarijiet u mhux biss ghal bidla fl-ucuh. Dan qalu d-deputat Mexxej Laburista Dr Michael Falzon waqt l-attivita` Pjan ghal Bidu Gdid fir-Rabat. Dr Falzon qal li gvern Laburista gdid se jkun mhux biss gvern alternattiv izda gvern ahjar li l-poplu mhux biss irid, izda li tant ghandu bzonn.
Il-poplu Malti u Ghawdxi xeba bit-tahwid, bl-abbuzi, bil-korruzzjoni u bit-taxxi. Dr Falzon qal li l-poplu xeba bl-inkompetenza u semma bhala ezempji l-pont ta' Manwel Dimech u Triq il-Merkanti. Il-poplu xeba jisma stejjer dwar kif Ministru inghata malajar malajr kumpens ta' Lm70,000 meta eluf ta' Maltin u Ghawdxin ghadhom jistennew biex jinghataw mill-inqas Lm23 miljun f'kumpens simili.
Il-poplu jistaqsi x'qed jigri fil-PBS, fejn l-ex chairman tal-bord editorjali John Camilleri ddeskriva s-sitwazzjoni bhala wahda mizerabbli u x'qed jigri mill-apparat ta' l-istazzjon Voice of The Mediterranean li sparixxa u l-gvern ma qal xejn dwaru. Il-poplu ddejjaq jisma stejjer dwar tahwid u kunflitti ta' interess fil-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma. Illum ghandna gvern li ghalih jghaddi kollox u xejn mhu xejn sa kemm igawdu biss ftit nies tal-qalba tas-soltu, sahaq id-deputat Mexxej Laburista.
Il-poplu xeba wkoll bil-weghdi fl-arja tal-PN . Wara 20 sena fil-gvern il-PN issa qed jitkellem fuq pjan ghas-seba snin li gejjin meta hafna weghdiet li saru ma twettqu qatt. Illum ghandna gvern ghajjien li qata qalbu. Minn naha tieghu l-Partit Laburista, taht l-ghajta ta' xoghol, harsien u dinjita`, se jibqa` jahdem biex joffri iktar proposti li jgibu l-bidla li l-poplu fil-maggoranza tieghu jrid.
Dr Falzon stieden lill-familji kollha biex il-Hamis 20 ta' Settembru jinghaqu mal-Partit Laburista ghal festa kbir f'B'Bugia u biex l-ghada l-Gimgha 21 ta' Settembru jaghtuh l-appogg taghhom waqt inizjattiva ta' gbir ta' fondi ghall-elezzjoni generali. Id-deputat Mexxej Laburista qal li l-importanti mhux meta se tigi l-elezzjoni generali izda l-importanti huwa li tigi meta tigi, l-Partit Laburista jkun ippreprata kif inhu ippreparat, u jkollu lill-Maltin u lill-Ghawdxin warajh biex jaghti lil pajjizna pjan ghal bidu gdid.
Fil-bidu tad-diskors tieghu Dr Falzon sellem zewg attivisti Laburisti kbar mir-Rabat li mietu fil-jiem li ghaddew u qal li waqt li l-Partit Laburista jibqa` dejjem jiggeged, jibqa` dejjem leali lejn it-twemmin tieghu.
L-attivita` ta' dal-ghodu fir-Rabat kienet indirizzata wkoll mill-kelliema Laburista ghaz-zghazagh, sport u kultura, Dr Justyne Caruana. Dr Caruana qalet li l-Partit Laburista ghandu impenn assolut biex jigu ggenerati impjiegi stabbli ghaz-zghazagh. Il-Partit Laburista jrid ukoll li z-zghazgah ma jkunux sfruttati fuq il-postijiet tax-xoghol u li jkunu jafu bid-drittijiet taghhom fuq il-postijiet tax-xoghol, sa minn meta jkunu ghadhom l-iskola. Il-Partit Laburista qieghed iwieghed li fil-gvern iwaqqaf fond ta' tahrig biex iz-zghazgah jaggornaw il-hilit taghhom skond kif jevolvi s-suq tax-xoghol. Qieghed iwieghed ukoll li zghazagh li jwaqqfu impriza, fl-ewwel sentejn ma jhallsux bolla.
Dr Caruana qalet li ghaz-zghazagh Ghawdxin u Ghawdxin ohra li jahdmu Malta l-pagamenti jibdew jinghataw b'mod puntwali mhux bhal ma qed jigri llum waqt li jitwaqqaf hostel kofinanzjat mill-gvern biex itaffi l-pizijiet fuq iz-zghazagh Ghawdxin. Il-kelliem semmit kif sena ilu fil-pjan ghaz-zghazagh il-Partit Laburista kien diga hareg b'pakkett ta' mizuri fil-qasam tal-propjeta`. Il-Partit Laburista izda ma waqafx hemm u ma stennix li jkun fil-gvern biex isahhah dawn il-proposti u fil-gimghat li ghaddew hareg b'4 proposti mill-iktar konkreti u pozittivi.
Il-Partit Laburista hareg bil-pjani tieghu b'70 proposta anki fl-oqsma tal-isport u l-kultura, setturi li gew abbandunati mill-gvern. Fl-isport il-Partit Laburista qed jipproponi fost l-ohrajn li fuq medda ta' 5 snin tizdid il-partecipazzjoni ghal 15% waqt li qed jipproponi finanzjament qawwi fil-facilitajiet sportivi. Fil-qasam tal-kultura qed jipproponi fost l-ohrajn ezenzjoni tal-VAT minn attivitajiet kulturali u mit-taghlim ta' l-arti. Dr Caruana qalet li mill-gvern il-Partit Laburista, bil-kuntrarju tal-gvern ta' Dr Gonzi, se jwettaq dak li qieghed iwieghed.
|