Il bidla saret htiega iktar minn qatt qabel - Dr Charles Mangion

(27-04-2006)

Waqt attivita` socjali organizzata f’Ghawdex mill-Kumitat Distrettwali Laburista, l-Agent Mexxej Laburista Dr Charles Mangion qal li l-bidla fit-tmexxija tal-pajjiz llum saret htiega iktar minn qatt qabel. Dr Mangion qal li llum pajjizna mhux jghix rebbiegha gdida kif suppost kellu jkun qieghed jghix bi gvern Nazzjonalista. Ghall-kuntrarju llum hafna familji qed jaraw il-kwalita` tal-hajja taghhom sejra lura u l-problemi tan-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ xoghol u ta’ l-gholi tal-hajja qed isiru dejjem iktar qawwija.

Dr Mangion fakkar kif in-Nazzjonalisti b’Lawrence Gonzi fuq quddiem nett, kienu wieghdu li bihom fil-gvern ix-xoghol kien se jibda jigri wara l-haddiema u kien se jintemm kull biza mill-qghad. In-Nazzjonalisti kienu jghidu wkoll li cifra ta’ 7,000 persuna jirregistraw ghax-xoghol kienet cifra allarmanti.

L-Agent Mexxej Laburista qal li mill-ahhar elezzjoni generali ‘l hawn in-numru ta’ nies jirregistraw ghal xoghol, skond ic-cifri tal-gvern stess, kien dejjem ta’ iktar minn 7,000 u kien hemm xhur meta anki kien ta’ iktar minn 8,000. Dwar Ghawdex, Dr Mangion qal li s-sitwazzjoni tax-xoghol hija inkwetanti ghall-ahhar. In-numru ta’ nies jirregistraw ghal xoghol f’Ghawdex qed ikun ta’ iktar minn 600 u kien hemm drabi fejn kien anki iktar minn 700.

Dr Mangion qal li kemm is-settur industrijali u kif ukoll dak turistiku f’Ghawdex qed ihabbtu wicchom ma’ problemi serji. Fil-qasam industrijali tax-Xewkija f'temp ta' erba snin l-impjiegi naqsu b'iktar minn nofs. Fis-settur turistiku l-lukandi Ghawdxin qed ikunu kwazi vojta ghal xhur shah waqt li s-servizz tal-helikopter baqa` l-art. U dan kollu minkejja li ftit wara li sar Prim Ministru, Lawrence Gonzi kien iddikjara li kellu f’mohhu hafna progetti ghal Ghawdex li permezz taghhom kienu se jinholqu l-impjiegi.

Minn naha l-ohra f’Ghawdex daqs kemm f’Malta, qed tinhass dejjem iktar l-problema ta’ l-gholi tal-hajja, minkejja li n-Nazzjonalisti kienu wieghdu li bihom fil-gvern il-mara tad-dar kienet se tlahhaq mal-hajja bla tigbid zejjed. Illum hafna familji ma jistghux ilahhqu mal-pizijiet ta’ prezzijiet u ta’ kontijiet dejjem joghlew.

Dr Mangion qal li llum pajjizna skond il-kejl tal-gvern innifsu, ghandu rata ta’ gholi tal-hajja li hija fost l-oghla fl-ahhar snin f’pajjizna u fost l-oghla fil-pajjizi ta’ l-UE. L-ikbar htija ghal dan kollu trid tingarr mill-gvern Nazzjonalista li qed jiehu mizuri anti-socjali, bhas-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, biex jghatti l-inkompetenza tieghu.

L-Agent Mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista qed jahdem biex jipprezenta l-pjani tieghu mahsuba li jaghtu bidu gdid lil pajjizna. Semma kif wiehed minn dawn il-pjani li se jkun qed jigi diskuss fil-gimghat li gejjin, jitratta lil Ghawdex. Dr Mangion heggeg lill-Ghawdxin biex minn naha taghhom huma wkoll jinghaqdu mal-Partit Laburista fi tmiem il-gimgha ghall-attivitajiet li se jsiru f’Ta’ Qali u nhar it-Tnejn ghall-manifestazzjoni tal-Belt Valletta.

Prezenti ghall-attivita` ta’ dal-ghodu kien hemm ukoll id-deputati Laburisti Ghawdxin Dr Anton Refalo u Dr Justyne Caruana.

© 2008 - Justyne Caruana