|
Bhala kelliema tal-Partit Laburista ghaz-Zghazagh, Kultura u Sports nixtiequ nifirhu lil Olivia Lewis u l-partecipanti l-ohra kollha flimkien ma’ l-awturi u l-kompozituri ghall-performance taghhom fil-Malta Song for Europe 2007 kif ukoll ghas-successi rispettivi li kisbu fl-istess festival.
Il-Partit Laburista jemmen fit-talent lokali kif ukoll fl-energija zghazugha li appuntu l-pubbliku seta` jara fuq il-palk waqt il-performance ta’ l-artisti taghna. Ahna nheggu lill-Gvern sabiex jahdem u jinvesti fiz-zghazagh b’mod konkret u bil-fatti. Iz-zghazagh huma l-prezent u l-futur ta’ pajjizna u kull Gvern huwa responsabbli sabiex johloq opportunitajiet f’kull qasam sabiex iz-zghazagh taghna ikunu jistghu jirrealizzaw ruhhom f’oqsma diversi.
Bhala kelliema tal-Partit Laburista nergghu ghal darb’ohra nistiednu lill-Gvern, diversi ghaqdiet, kumitati u organizzaturi sabiex ikun hemm iktar djalogu, kuntatt u ko-operazzjoni mal-Partit Laburista specjalment fl-oqsma taz-zghazagh, sports u kultura ghax nemmnu li f’dawn l-oqsma b’mod partikolari ma ghandux ikun hemm kuluri u wcuh u dan dejjem ghall-beneficcju tal-poplu Ghawdxi u Malti kollu specjalment iz-zghazagh.
Awguri Olivia.
Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni Laburista ghall-Edukazzjoni, Kultura u Zghazagh
Dr Justyne Caruana
Kelliema Laburista
ghaz-Zghazagh,Sport u Kultura
|