|
Il-Partit Laburista l-lejla laqa lill-Kumitat Olimpiku Malti u lill-kontingent ta’ l-atleti Maltin li fil-jiem li gejjin se jitilqu ghal Monaco fejn se jiehdu sehem fil-loghob tal-pajjizi z-zghar.
F’diskors ta’ l-okkazjoni l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant qal li Malta kollha se tkun wara l-atleti li se jkunu qed jirraprezentaw lil pajjizna f’Monaco. Dr Sant qal li ghalkemm pajjizna huwa pajjiz ckejken, ghandu talenti qawwija fil-kamp sportiv u l-forzi politici kollha ghandhom l-impenn li joffru l-aqwa opportunitajiet lil dawn it-talenti b’hidma ma taqta xejn minn naha tal-Kumitat Olimpiku Malti.
Dr Sant qal li fil-istqarrija ta’ vizjoni tieghu ghall-isport il-Partit Laburista qed iressaq miri precizi u cari biex dan il-qasam jinghata spinta fil-hajja tal-bniedem sa mill-icken etajiet. Dawk li ghandhom talent u jistghu jikkompetu ghandhom jinghataw kull appogg kif ghandhom isibu appogg ukoll dawk li jemmnu li l-isport ghandu jkun parti minn kif jghixu hajja ahjar.
Il-Mexxej Laburista ferah lill-atleti kollha li se jmorru Monaco, li ddeskrivijhom bhala role models u awguralhom mhux biss success, izda wkoll li din l-esperjenza tkun wahda li tifthilhom spazju ghal esperjenzi ohra.
Indirizzaw ukoll l-attivita` l-oghla ufficjali tal-Kumitat Olimpiku Malti. Is-Segretarju Generali Joseph Cassar qal li huwa ta’ sodisfazzjon li l-awtoritajiet jpoggu l-isport f’post prominenti fl-agenda taghhom waqt li ddeskriva dan il-mument qabel il-loghob tal-pajjizi z-zghar bhala mument ta’ entuzajzmu.
Pippo Psaila, Direttur ta’ l-iSport tal-Kumitat Olimpiku Malti qal li l-partecipazzjoni f’Monaco huwa rigal li l-Kumitat qed jaghti lil dawk l-atleti li tant ghamlu sagrificcji fl-ahhar snin. Qal illi l-eta medja tal-atleti Maltin f’Monaco se tkun ta’ 22 sena.
Minn naha tieghu l-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, l-Imhallef Lino Farrugia Sacco qal li l-Kumitat irid jaghti hafna iktar minn opportunitajiet sportivi ghaliex irid jaghti ideali tal-hajja. Qal li fl-ahhar 10 snin l-atleti Maltin ghamlu progress kbir tant li fil-waqt li sa 10 snin ilu Malta kienet tirbah bejn 6 u 7 midalji, illum tirbah medja ta’ 35 midalja u tikseb ukoll rizultati tajbin fil-loghob tal-Mediterran u tal-Commonwealth. Jibqa` l-fatt izda li ghad fadal iktar xoghol xi jsir.
Dr Sant kien anki ipprezentat b’rigal sepcjali ta’ l-okkazjoni waqt li fl-istess hin il-Mexxej Laburista ha anki ritratt mal-grupp kollu ta’ l-atleti Maltin li se jmorru ghal-loghob tal-pajjizi z-zghar f’Monaco. L-ufficjali tal-Kumitat Olimpiku Malti inghataw tifkira ta’ l-okkazjoni minn ghand il-Partit Laburista. Prezenti ghall-attivita` minn naha tal-Partit Laburista kien hemm ukoll id-deputat Mexxej Dr Charles Mangion, is-Segretarju Generali Jason Micallef u d-deputati Carmelo Abela u Dr Justyne Caruana.
|