Dr Alfred Sant izur l-Arkivji Nazzjonali fir-Rabat

(27-06-2007)

Il-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant dal-ghodu zar l-Arkivji Nazzjonali fir-Rabat fejn kellu l-opportunita li josserva mill-qrib il-hidma li ssir biex is-settur ta' l-arkivjar jibqa` jimxi l-quddiem. Fi kliem il-Mexxej Laburista, l-Arkivji Nazzjonali jghinu biex il-memorji ta' pajjizna jibqgu dejjem hajja u ghalhekk din il-hidma ghandha tinghata kull appogg u fiducja.

Dr Sant iltaqa ma' raprezentanti ta' l-Ghaqda Hbieb ta' l-Arkivji Nazzjonali li ilha taghmel hidma volontarja f'dan il-qasam ghal dawn l-ahhar 7 snin. Il-President ta' l-Ghaqda Max Farrugia qal li pajjiz bla arkivji huwa pajjiz bla storja u kien propju ghalhekk li twaqqfet l-Ghaqda tieghu bil-ghan li l-arkivji mhux biss biex ikunu prezervati izda anki wzati.

Farrugia qal li fil-passat studenti interessati f'dan is-settur kellhom isiefru barra minn Malta biex jistudjaw is-sistema ta' l-arkivjar u ghalhekk l-Ghaqda laqghet b'sodisfazzjon il-ftuh ta' l-ewwel korsijiet fil-qasam ta' l-arkivjar fl-Universita ta' Malta, lura f'Ottubru ta’ l-2005. Fi kliem Max Farrugia, ghandha ssir izjed pressjoni fuq l-awtoritajiet sabiex is-settur jibqa` jimxi ‘l quddiem. Il-kelliem irringrazzja lil Dr Sant taz-zjara tieghu u ta’ l-appogg tieghu anki bhala persuna li jhobb il-kotba.

Minn naha tieghu, l-Mexxej Laburista qal li l-arkivji nazzjonali jirraprezentaw il-memorji ta' pajjizna u ghalhekk ghandu jkun hemm appogg shih mill-gvern centrali ghal din il-hidma. Fi tmiem iz-zjara Dr Sant kien ipprezentat b’numru ta' kotba, fosthom ktieb b'gabra ta' ritratti li juru l-hajja Maltija matul iz-zminijiet. Prezenti ghaz-zjara kien hemm id-deputata Laburista Dr Justyne Caruana.

© 2008 - Justyne Caruana