|
L-ghaqda ta’ l-istudenti Pulse ddeskrivit l-abbozz ta’ pjan Laburista ghall-qasam ta’ l-edukazzjoni bhala wiehed fattibli hafna. Dan qalu Randolphe Debattista, il-President ta’ Pulse waqt laqgha ta’ konsultazzjoni li delegazzjoni minn din l-ghaqda ta’ l-istudenti kellha ma’ delegazzjoni mill-Partit Laburista, dwar l-abbozz ta’ pjan Laburista Pjan ta’ politika ghall-qasam edukattiv f’Malta u Ghawdex.
Debattista qal li Pulse hija sodisfatta ghall-ahhar bl-abbozz Laburista ghaliex dan mhux abbozz li jitkellem fl-ajru jew li jsemmi biss il-problemi, izda johrog ukoll bi proposti u soluzzjonijiet li jistghu jitwettqu. Il-kelliem qal l-pajjiz kellu bzonn dan l-abbozz ta’ pjan Laburista. Fost il-proposti fl-abboz ta’ pjan Laburista li Pulse tilqa b’sodisfazzjon hemm dawk li jikkoncernaw it-taghlim hands on u l-continous assessment.
Minn naha tieghu l-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant qal li l-abbozz ta’ pjan Laburista dwar l-edukazzjoni jitratta l-livelli kollha tas-sistema edukattiva taghna. Fl-istess hin il-Partit Laburista jhares lejn is-settur terzjarju bhala wiehed krucjali, fejn hemm bzonn ta’ tigdid u titjib.
Il-Partit Laburista jinsab imhasseb bir-rizultati xejn sbieh li pajjizna qed jikseb f’dawk li huma l-miri edukattivi ta’ l-UE. Jinhtieg li tittiehed azzjoni konkreta biex pajjizna ma jibqax fl-qiegh fejn jidhlu l-oqsma tax-xjenza, t-teknologija ta’ l-informatika u r-ricerka, ghaliex dan ghandu rabta diretta mad-dinja tax-xoghol u mal-holqien ta’ l-opportunitajiet f’pajjizna.
Prezenti ghall-laqgha ghan-naha tal-Partit Laburista kien hemm ukoll is-Segretarju Generali Jason Micallef, Carmelo Abela, l-kelliem ewlieni ghall-edukazzjoni, kultura u zghazagh u Dr Justyne Caruana, l-kelliema Laburista ghaz-zghazagh, sport u kultura.
|