70 proposta Laburista ghall-isports u l-kultura

(24-05-2007)

Il-Partit Laburista illum ipprezenta abbozz ta’ stqarrija ta’ vizjoni dwar l-isport u l-kultura. Din l-istqarrija ta’ vizjoni fiha 34 proposta ghall-qasam ta’ l-isports u 36 proposta ohra ghall-qasam tal-kultura, 70 proposta b’kollox. Waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet il-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant qal li din l-istqarrija ta’ vizjoni tipprezenta pjan ta’ hidma ghal hames snin ghall-oqsma ta’ l-isport u l-kultura b’inizjattivi li huma settorali u iffokati.

Fic-centru tal-proposti li qed isiru hemm l-isportivi u l-artisti Maltin u Ghawdxin. Bhala punt tat-tluq il-Partit Laburista jhares lejn l-isport u l-kultura bhala attivita` li ggib maghha titjib fil-kwalita` tal-hajja. Il-Partit Laburista jara wkoll rabta bejn l-izvilupp ta’ ekonomija lejn il-qasam tas-servizzi u hidma iktar wiesa fl-oqsma ta’ l-isport u l-kultura bhala oqsma fost l-ohrajn ta’ rikreazzjoni u ta’ passatemp. Dr Sant qal li tezisti wkoll rabta bejn is-sistema edukattiva u l-isport u l-kultura.

Il-Partit Laburista jhares ukoll lejn partecipazzjoni wiesa fl-isport u l-kultura, mhux biss tal-gvern centrali u l-ghaqdiet mhux governattivi izda wkoll tal-Kunsilli Lokali waqt li fl-istess hin pajizna ghandu jkollu politika sinkronizzata mal-politika komuni kulturali li qed tkun zviluppata mill-UE. Dr Sant semma wkoll kif l-abbozz Laburista qieghed jaghti definizzjoni cara lil-irwoli differenti tal-Kunsill Nazzjonali ghall-iSport u l-Kumitat Olimpiku.

L-iSports

Fost l-34 proposta ghall-qasam sportiv, il-Partit Laburista qieghed jghid li fuq perjodu ta’ ħames snin il-persuni ta’ ‘l fuq minn 16 - il sena li jieħdu sehem fl-iSport ghandhom jizdiedu bi 15%. Ghal dan l-iskop gvern Laburista jalloka fondi ħalli jiġu rranġati faċilitajiet sportivi eżistenti fl-iskejjel u fejn ikun possibbli jinbnew oħrajn ġodda. Il-Kunsill Malti għall-iSport jintalab jagħmel audit tal-qagħda f’kull belt u raħal ta’ x’faċilitajiet jeżistu u f’liema kundizzjonijiet jinsabu.

Gvern Laburista jara li jkun hemm iktar spazji miftuħa jew spazji għal faċilitajiet sportivi qalb il-komunitajiet urbani ta’ Malta u Għawdex. Ikun esplorat mod kif jigu zviluppati l-playinġ fields. Il-MEPA tintalab tissottometti siti f’kull lokalità li fihom ikun jista’ jsir żvilupp marbut ma’ l-iSport. Minn naha l-ohra l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali jiġi rranġat ħalli jirrifletti aktar l-importanza li għandu jkollha l-edukazzjoni fiżika u l-iSport fl-iskejjel kollha.

Dawk l-għaqdiet sportivi u kulturali li jidħlu għal xi proġett kapitali jkunu eżentati mill-ħlas tal-VAT jew inkella jkollhom rata ta’ taxxa mnaqqsa. Titnehha jew titnaqqas il-VAT minn fuq il-biljetti tad-dhul għall-attivitajiet sportivi u kulturali. Ikun hemm rati ta’ l-elettriku raġjonevoli f’postijiet fejn jintużaw għal xi attività sportiva u kulturali.

Kumpanniji privati li jiffinanzjaw jew jagħtu għotjiet għall-iSport u l-kultura ta’ aktar minn Lm15,000 fis-sena, minbarra eżenzjoni mit-taxxa jingħataw punti extra meta jitfgħu tenders pubbliċi. Il-Partit Laburista qieghed jipproponi wkoll li l-atleti u l-isportivi jigu ezentati mill-ħlas ta’ l-airport tax kull meta jsiefru għal skopijiet sportivi, waqt li qed jimpenja ruhu li l-pajjiz jkollu korsa oħra għall-atletika, ground li jista’ jintuża għar-rugby u korsa ta’ ċertu livell għat-tlielaq tal-karozzi.

Il-kultura

Fost is-36 proposta fil-qasam tal-kultura, l-Partit Laburista qieghed jipproponi li jitwaqqaf Kunsill Nazzjonali għall-Artisti Maltin magħmul mill-artisti Maltin u Għawdxin u li jkollu rappreżentanza f’kull forum artistiku f’pajjiżna biex jippromwovi l-interessi ta’ l-artisti lokali. Dan il-Kunsill ikun affiljat ukoll mal-Kunsill Ewropew ta’ l-Artisti.

Proposta ohra hija li l-artisti lokali li jingħarfu bħala artisti full time, jingħataw eżenzjoni mill-ħlas tal-bolla kontributorja għall-ewwel sena minn meta jiftħu l-istudios tagħhom u jkunu mnedija skemi li jinkoraġixxu lill-artisti jimpjegaw apprentisti magħhom. Tingħatalhom ukoll eżenzjoni mill-VAT meta jorġanizzaw il-wirjiet tagħhom u meta jippubblikaw xogħol letterarju kif ukoll titnehha l-VAT minn fuq il-ħlas għat-tagħlim ta’ kull forma ta’ arti.

Jiwaqqaf fond speċjali għall-boroż ta’ studju għal dawk l-istudenti li jkunu jippromettu waqt li jibda jsir użu bla ħlas ta’ l-amenitajiet tal-gvern bħal swali ta’ l-iskejjel, minn artisti jew għaqdiet jew orġanizzazzjonjiet biex itellgħu l-attivitajiet kulturali tagħhom. Tiġi esplorata kull possibbilità sabiex jinstab sit li jista’ jiġi mgħammar biex l-orkestra nazzjonali tiġi housed kif ukoll sena wara l-oħra żżid l-elementi fi ħdanha fuq bażi ta’ full-time.

Il-Partit Laburista qieghed jipproponi wkoll li ghandha titfassal strateġija biex it-tagħlim tal-mużika f’pajjiżna jinfirex aktar bl-involviment ta’ l-orkestra nazzjonali flimkien mal-baned Maltin u Għawdxin. Qed ikun propost li jinfetaħ Mużew ta’ l-Arti f’Għawdex u li jitwaqqaf il-Villaġġ tal-Karnival.

Il-konferenza ta’ l-ahbarijiet kienet indirizzata wkoll mid-deputati Laburisti Carmelo Abela u Dr Justyne Caruana li kien responsabbli mit-tfassil ta’ l-abbozz ta’ stqarrija ta’ vizjoni Laburista. Abela qal li l-Partit Laburusta jrid li tikber il-kultura sportiva f’pajjizna u li jkun hawn gejjieni sportiv ghal kulhadd. Minn naha taghha Dr Caruana qalet li l-Partit Laburista jemmen li l-kultura ghandha tkun accessibli ghal kulhadd billi lkoll nippartceipaw bit-talenti li ghandna.

Fl-istess konferenza ta’ l-ahbarijiet Dr Sant habbar illi din se tkun l-ahhar stqarrija ta’ vizjoni li l-Partit Laburista se jkun qieghed jippublika u li iktar tard dis-sena l-pjani u l-istqarrijiet kollha ta’ vizjoni se jigu ppublikati fi ktieb taht l-ghajta ta’ Pjan Laburista Bidu Gdid - Xoghol Harsien Dinjita`. Prezenti ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet kien hemm ukoll iz-zewg deputati Mexxeja Laburisti Dr Charles Mangion u Dr Michael Falzon flimkien mal-whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Joe Mizzi.

© 2008 - Justyne Caruana