Il-Grajja tat-28 ta’ April 1958

(28-04-2007)

F’isem il-Partit Laburista nsellmu liz-zghazagh Maltin u Ghawdxin kollha fl-okkazzjoni tat-tifkira tal-grajja tat-28 ta’ April 1958. Ghalina din hija data mportanti fejn fiha nfakkru l-hegga u r-rieda zghazugha ghal bidu gdid ta’ pajjizna. Nistghu nghidu li kienet grajja mportanti ghall-pajjiz fejn iz-zghazagh kienu protagonisti fil-glieda ta’ pajjizna ghall-hobz u l-helsien. Ghalhekk huwa xieraq tassew li naghtu din it-tislima lil dawk kollha li b’xi mod jew iehor kellhom sehem.

Imma din il-grajja ghad ghandha relevanza anke fiz-zminijiet tal-lum. Illum pajjizna, minkejja li hemm min ghandu ragunijiet partigjani li jpingi kollox sabih, ghandu sfidi ohra x’jirbah, mhux lanqas iz-zghazagh. L-isfida tax-xoghol hija sfida ewlenija li tehtieg hegga u energija gdida sabiex ikollna aktar opportunitajiet ta’ xoghol ghal dawk kollha li jixtiequ jidhlu fid-dinja tax-xoghol. Fil-fatt iz-zghazagh ta’ taht it-tletin sena huma l-aktar milquta minn nuqqas ta’xoghol. Dan il-fatt qed iwassal sabiex ikun hemm konsegwenzi socjali kif ukoll diffikultajiet ohra fuq numru ta’ zghazagh u l-familji taghhom. Fil-Pjan Laburista dwar iz-Zghazagh ix-xoghol jinghata prijorita` u jitqies bhala dritt ta’ dawk li jixtiequ jahdmu. Ghalhekk il-Partit Laburista fil-gvern ser jimpenja ruhu halli jkollna nvestiment li jkattar l-impjiegi.

Raguni ohra ghall-protesta li kienet saret fit-28 ta’ April 1958 kienu d-drittijiet tal-haddiema. Anke fil-prezent, minkejja li d-drittijiet tal-haddiema m’ghadhomx kif kienu fl-1958 u dan grazzi ghal diversi gvernijiet Laburisti li kienu minn ta’ quddiemnett, niltaqghu ma’ numru mhux zghir ta’ haddiema, kemm part-time kif ukoll full-time li ghandhom d-drittijiet taghhom mhedda jew imnaqqra. Dawn it-talin lanqas jistghu jiggieldu ghad-drittijiet taghhom ghax jekk jaghmlu hekk jispiccaw imkeccija mix-xoghol. Anke hawn fil-Pjan taz-Zghazagh qed nimpenjaw irwiehna li nikkumbattu dawn l-ingustizzji u li l-haddiema fl-ahhar mill-ahhar ikollhom id-drittijiet taghhom imharrsa kif ghandu jkun.

Iz-zghazagh ghall-Partit Laburista huma prijorita` bis-serjeta`. Dan urejnieh bil-fatti bosta drabi mhux lanqas bil-Pjan li gie approvat mill-Konferenza Generali tal-Partit, fejn wara konsultazzjoni ma’ bosta persuni u entitajiet li jahdmu fost iz-zghazagh fassalna pjan komprensiv li jhares lejn dak kollu li jaghmel parti ntegrali mill-hajja taz-zghazagh. Gvern Laburista gdid ser iwettaq dan il-Pjan ghal gid taz-Zghazagh Maltin u Ghawdxin kollha.


Carmelo Abela
Kelliem Ewlieni ghall-Edukazzjon, Kultura u Zghazagh


Dr Justyne Caruana
Kelliema ghaz-Zghazagh, Sport u Kultura


© 2008 - Justyne Caruana