Il-valuri tal-familja
(21-02-09)

F’dawn l-ahhar granet it-tema tal-familja giet trattata waqt konferenza nazzjonali organizzata minn Progettimpenn. Zgur li din il-konferenza qanqlet diskussjoni dwar il-qaghda ta’ l-istituzzjoni tal-familja f’pajjizna u dwar il-htiega li l-familja tigi msahha biex b’hekk inkunu qed ninvestu f’socjeta` iktar stabbli u b’sahhitha.

Bhala Partit Laburista ahna dejjem shaqna dwar importanza tal-valur tal-familja u dejjem konna proattivi biex konkretament il-familji taghna jigu mghejjuna u sostnuti biex jilqghu ghall-bidliet u taqlibiet socjali li ghadda minnhom pajjizna.

Illum fejn id-dinja qed issir iktar globalizzata u pajjizna qed jiffaccja sfidi u diffikultajiet godda, iktar huwa f’loku u f’waqtu li l-familji taghna jigu sostnuti b’kull mezz possibbli. Illum ukoll il-familji taghna huma mghobbija b’pizijiet finanzjarji kbar minhabba wkoll l-gholi sfrenat tal-hajja u dawn huma kollha fatturi negattivi li jimminaw l-istabbilta` tal-familja. Fil-kuntest ukoll li hafna familji qed jisfaxxaw u apparti t-tbatija li sitwazzjonijiet bhal dawn qed igibu maghhom specjalment fuq it-tfal qed ikunu wkoll cirkostanzi li qed jikkontribwixxu sostanzjalment biex il-faqar relattiv f’pajjizna jizdied b’dan li iktar u iktar nies specjalment tfal qed jispiccaw f’faxxa tal-faqar jew f’pozizzjoni vulnerabbli u f’riskju ta’ faqar.

Fl-isfond ta’ dan kollu huwa obbligu tal-Gvern li b’mod immedjat ivara politika ghall-familja li tindirizza dawn l-aspetti u ohrajn li qed jaffettawaw lill-familji taghna. Zgur li f’kuntest ta’ nuqqas ta’ ricerka huwa importanti mmens li kemm jista’ jkun malajr jibda jiffunzjona c-Centru tal-Familja fl-Universita` ta’ Malta kif ukoll jinghataw il-mezzi kollha mehtiega sabiex issir ir-ricerka mehtiega biex tkun bazi soda ta’ politika tal-familja aggornata u effettiva li ssahhah u tghin lill-familji taghna.

Fl-istess waqt il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja ghandha tinghata iktar mezzi biex taqdi funzjoni ta’ ghassies favur il-familja biex jigi assigurat li kull mizura jew policy li tigi varata ma jkollhiex effetti negattivi fuq il-familji. Fuq kollox nheggu sabiex tissahhah ix-xibka socjali biex dawk il-familji li verament jinhtiegu l-ghajnuna din tinghatalhom.

Investiment fil-familja llum iffisser investiment ghaqli f’pajjizna.     

Dr Justyne Caruana
Kelliema ghall-Familja u Ugwaljanza

© 2009 - Justyne Caruana