Biex id-drittijiet tal-persuni b’dizabbiltà jigu mharsa u msahha
(04-12-09)

Fil-gimgha tal-Persuni b’Dizabilita`, il-Partit Laburista jtenni l-impenn tieghu sabiex id-drittijiet tal-persuni b’dizabbiltà jigu mharsa u msahha.

It-tema maghzula ghal din is-sena huwa ‘ix-xoghol dritt ghalina wkoll’. Il-Partit Laburista jinsab imhasseb hafna dwar il-qaghda ta’ hafna persuni b’dizabilità f’pajjizna. Filwaqt li ghandna ligi dwar l-opportunitajiet indaqs u li allura suppost li hemm strument legali li jipprotegi l-persuni b’dizabilità kontra kull diskriminazzjoni, qed isehhu diskriminazzjonijiet kbar fil-konfront ta’ persuni b’dizabilità specjalment meta jippruvaw jimpjegaw irwiehhom. Fejn suppost li bis-sahha ta’ din il-Ligi, qed inhaddmu u nwettqu anke fuq il-binarju u livell legali, il-principju ta’ l-inklussività, fil-verità u fir-realtà jezistu hafna cirkostanzi u anke anomaliji li qed icahhdu lill-persuni b’dizabilità mid-drittijiet taghhom u qed jcahhduhom milli jilhqu l-aspirazzjonijiet kollha taghhom.


Bhala partit inheggu biex ikun hemm iktar moniteragg u nfurzar sabiex id-drittijiet tal-persuni b’dizabilità ma jigux mirfusa u mittiefsa specjalment fil-qasam tax-xoghol fl-isfond tat-tema ghal din is-sena.

F’dan il-kuntest ta’ min isemmi wkoll il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Dizabilità li giet iffirmata minn pajjizna imma li però ghadha ma gietx irratifikata. Inheggu sabiex il-Gvern jimpenja ruhhu sabiex iwettaq il-preparamenti kollha mehtiega biex meta din il-konvenzjoni tigi ratifikata tkun tistà tigi effettivament imhaddma b’risq il-persuni b’dizabbiltà kollha.

Minn qalbi nirringrazzja lil dawk kollha li jahdmu f’dan il-qasam ghall-gid tal-persuni b’dizabbiltà u l-familji taghhom.

Dr Justyne Caruana
Kelliem ghall-Familja u Ugwaljanza

© 2009 - Justyne Caruana