Nominazzjonijiet ta’ Malta ghall-hatra ta’ Mhallef fil-Qorti Ewropea
(30-01-09)

Il-Partit Laburista b’dispjacir jinnota li ghal darb’ohra pajjizna qed jissemma fil-fora Ewropej b’mod negattiv hafna fejn tidhol l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Ghat-tieni darba konsekuttiva, il-Kunsill ta’ l-Ewropa rrifjuta li jaccetta l-lista mressqa mill-Gvern Malti ghan-nominazzjonijiet ghall-hatra ta’ mhallef biex jippresjedi fuq il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Gvern Malti ripetutament qed jibghat lista ta’ nominazzjoni li fiha ma tiffigura ebda mara u dan bi ksur tal-principji enuncjati mill-istess konvenzjoni u mill-Kunsill ta’ l-Ewropa favur l-ugwaljanza u opportunitajiet indaqs indipendentement ukoll mis-sess.

Skond il-Gvern Malti ma hemmx nisa li jistghu jigu nkluzi f’din il-lista u bir-ragun kollu l-Kunsill ta’ l-Ewropa qed jirrifjuta milli jaccetta din ir-raguni bhala wahda gustifikata. F’pajjizna ghandna hafna nisa fil-kamp legali li huma kapacissimi u kompetenti sabiex jigu nominati pero` Gvern qed johloq ostakoli biex dan ikun jista` jsir u allura qed jimmina l-ugwaljanza bejn is-sessi u jimmina l-bilanc ta’ l-opportunitajiet.

Din il-gimgha stess il-Partit Laburista permezz ta’ Marie Louise Coleiro Preca li hija r-rapprezentanta ta’ l-Oppozizzjoni fid-delegazzjoni Maltija ghall-Kunsill ta’ l-Ewropa, sahaq fuq il-principju ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi u li dan ghandu jigi salvagwardjat fl-aspetti kollha tieghu

Fid-dawl ta’ dan kollu l-Partit Laburista jheggeg lill-Gvern sabiex jekk verament irid iwettaq dak li jippriedka, ghandu jinnomina mara fuq din il-lista. Kif ukoll ghandu jassigura li d-drittijiet konnessi ma’ l-ugwaljanza ghandhom jigu mwettqa u mharsa f’kull qasam u livell iktar u iktar fid-dawl ta’ l-istatistika mahruga mil-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Gender Equity Index fejn l-istatus tal-mara Maltija qieghed kull ma jmur jiddeterjora b’detriment mhux bisstas-sess femminili f’pajjizna imma tas-socjeta` in generali.

Justyne Carauna
Kelliema tal-Partit Laburista ghall-Familja u l-Ugwaljanza

© 2009 - Justyne Caruana