Fl-okkazzjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Familja, il-Partit Laburista jinghaqad fl-awguri ta’ l-okkazzjoni ghal dan il-jum tant specjali ghall-familji kollha f’pajjizna.
Proprju fi zmien meta l-istituzzjoni tal-familji f’pajjizna ghaddejja minn taqlib u sfidi kbar, huwa iktar opportun minn qatt qabel li jkun hemm sostenn minn aspetti differenti lill-istess istituzzjoni familjari u iktar u iktar lill-membri kollha tal-familji taghna specjalment it-tfal. It-tfal f’pajjizna gew l-ahhar fic-Child Well being Index li sar fost disgha u ghoxrin pajjiz fl-Ewropa kif ukoll mir-rapport li hejjejna bhala Kumitat Parlamentari ghall-Affarijiet Socjali; tifel jew tifla minn kull hamsa f’pajjizna qed jghixu fil-faqar jew f’riskju ta’ faqar u li allura huma iktar f’sitwazzjoni vulnerabbli ghall-eskluzzjoni socjali.
Bhala partit li nemmnu fil-valur tal-familja, nemmnu wkoll li l-familja f’pajjizna ghandha tigi sollevata mill-pizijiet li qed jitfa fuqhom il-Gvern. Dawn il-pizijiet qed jaffettwaw avversament l-istabbilta` tal-familji taghna li qed ikollhom pressjonijiet kbar biex ilahhqu mal-hajja u li allura qed taffettwa r-relazzjoni familjari ta’ bejniethom.
Filwaqt li nemmnu li z-zwieg huwa l-bazi tal-familja taghna, nemmnu wkoll li wasal iz-zmien li tigi indirizzata u regolarrizzata l-qaghda ta’ dawk il-koppji li ilhom f’relazzjoni ghal zmien twil u li anke jkollhom it-tfal imma li pero` ma ghandhom ebda drittijiet ta’ xejn. Ghalkemm mhumiex familji konvenzjonali, kull tifel jew tifla li jitwieled minn din it-tip ta’ relazzjoni ghandu jkollhom posizzjoni legali li ma tiddiskriminahomx mit-tfal l-ohra kollha.
Inheggu lill-Gvern sabiex ma joqghodx lura milli jniedi policies favur il-familja b’sahhitha ghaliex familji b’sahhithom ifissru socjeta u pajjiz b’sahhtu.
Justyne Carauna
Kelliema tal-Partit Laburista ghall-Familja u l-Ugwaljanza