


Fl-okkazjoni tal-Jum dwar l-Gharfien fuq l-Awtizmu, il-Partit Laburista jesprimi s-solidarjeta` tieghu ma’ dawk l-eluf ta’ familji f’pajjizna li ghandhom fil-familja taghhom persuna bil-kundizzjoni ta' l-awtizmu.
Dawn il-familji jaghmlu sagrificcji kbar u ghandhom bzonn ta’ hafna u hafna ghajnuna specjalment minhabba l-fatt li hafna kazijiet ta’ awtizmu huma kumplessi hafna u jkollhom ukoll kumplikazzjonijiet ohrajn li ovvjament ikunu jirrekjedu iktar attenzjoni u bzonnijiet ohrajn li huma ta’ piz enormi fuq il-familji.
Zgur li hemm bzonn ta’ iktar hidma favur l-gharfien ta’ din il-kundizzjoni u jrid ikun injezzjoni ta’ investiment sostanzjali f’dan il-qasam biex l-persuni autistic specjalment it-tfal, jilhqu l-aspirazzjonijiet ta’ kull wiehed u wahda minghajr minghajr xkiel u diskriminazzjoni imma bi spirtu ta’ inklussivita` u accessbilita` fl-iktar sens wiesa’ taghhom.
Niehdu l-opportunita` sabiex nheggu lill-Gvern biex ma jkomplix ikaxkar saqajh fuq l-abbozz ta’ ligi tal-guardianship biex genituri ta’ persuni b’dizabilta` jkollhom ghodda legali li tista` sserhilhom rashom dwar il-gejjieni ta’ uliedhom ghal wara mewthom
Justyne Caruana
Kelliem ghall-Familja u Ugwaljanza