


Fid-dawl tas-sentenza tal- Qorti Kostituzzjonali li ddikjarat il-provvedimenti tal-ligi dwar l-adozzjoni bhala diskriminatorji fil-konfront ta’ persuni mizzewga, l-Oppozizzjoni Laburista theggeg lill-Gvern sabiex kemm jista’ jkun malajr jigi emendat il-Kodici Civili biex tigi mnehhija din id-diskriminazzjoni kif dikjarat fl-istess sentenza.
Fl-istess waqt inheggu lill-Gvern sabiex jiehu stock take tal-ligi dwar l-adozzjoni wara li kienu saru l-emendi ghal-ligi fl-2008. Qed issir riferenza in partikolari ghall-awtorita’ centrali u l-agenziji l-akkreditati li sa issa ftit li xejn smajna dwarhom.
Inhossu wkoll li hemm bzonn li jigu ndirizzati l-problemi li jiffaccjaw il-koppji li jaddottaw tfal minn barra specjalment ghal dak li jirrigwardja l-leave taghhom biex ikunu jistghu jsiefru divesi drabi biex ilestu l-proceduri ta’ l-adozzjoni. Servizzi ta’ appogg ghall-familji huma limitati wisq u allura hemm bzonn ta’ investiment iktar qawwi mill-Gvern biex jigu msahha dawn is-servizzi. Fil-fatt ukoll ta’ min jinnota li is-sezzjoni dwar l-adozzjoni fis-sit eletroniku ta’ l-agenzija Appogg mhix qed topera u ilha hekk ghall-diversi gimghat b’dan li persuni li qed jippruvaw jottjenu informazzjoni minn fuq is-sit ma jistghux jaghmlu dan.
Id-dritt ghall-familja huwa wiehed mid-drittijiet fundamentali. Koppji li ma jistax ikollhom tfal ghandu jkollhom kull dritt u opportunita` li jaddottaw u fl-istess waqt tfal li jkunu gejjin minn familji jew genituri li ma kienux kapaci jrabbuhom ghandhom dritt li jghixu f’familja. Permezz ta’ l-adozzjoni dan id-dritt ikun jista’ jilhaq il-milja tieghu fir-realta u b’mod konkret. Allura huwa importanti ferm li jsir ezercizzju serju biex l-istitut ta’ l-adozzjoni ikun mezz effettiv biex id-dritt ghall-familja jigi msahhah u salvagwardjat kemm ghall-koppji li jridu jaddottaw kif ukoll ghal dawk it-tfal kollha li ghandhom dritt li jghixu f’familja fl-imhabba u ghozza li jixraq lil kull tifel u tifla f’pajjizna.
Justyne Caruana
Kelliem Ghall-Familja u l-Ugwaljanza