Petizzjoni - Skola Rosa Magro Xewkija

MR SPEAKER (Onor. Anton Tabone):   L-Onor. Justyne Caruana.  

ONOR. JUSTYNE CARUANA :  Sur President, l-iskola primarja Rosa Magro tax-Xewkija tul dawn l-aħħar snin ma ngħatatx l-attenzjoni li jixirqilha u mhux b’kumbinazzjoni li tinsab fi stat delapidat.    

Verament kien ta’ sodisfazzjon għalija li nsir naf li fl-iskola se jsiru xi xogħlijiet, għalkemm ikolli nirreġistra d-diżappunt tiegħi għal dak li hemm miktub fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18,069, fejn qed jingħad li ma jirriżultax li hemm xi periklu.  Fil-fatt jeżisti periklu, l-aktar fil-kolonni ta' l-istess skola.    

Għalhekk, Sur President, f'isem il-ġenituri tat-tfal li jattendu din l-iskola qed nippreżentalek din il-petizzjoni biex niġbed l-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet ħalli jieħdu l-passi meħtieġa u jirranġaw il-ħsarat li fiha.   Grazzi.    

© 2007 - Justyne Caruana