


Ghexieren ta’ residenti fl-appartamenti fil-housing estate tac-Cawla fir-Rabat Ghawdex ghadhom jistennew li jinbeda x-xoghol fuq l-appartamenti taghhom hekk kif kien imwieghed lilhom ftit gimghat qabel l-ahhar elezzjoni generali.
Diversi partijiet komuni fl-appartament f’Tac-Cawla ghandhom bzonn xoghol ta’ manutenzjoni urgenti. Kif jixhdu ritratti li ghandu f’idejh dan il-gurnal jezistu problemi strutturali fuq gallarijiet, turgien u anke fl-infrastruttura ta’ madwar il-blokki ta’ l-appartamenti.
Fid-29 ta’ Frar, fl-eqqel tal-kampanja elettorali ghall-elezzjoni generali tas-sena 2008 dawn ir-residenti kienu mwieghda mid-dipartiment tal-housing li kellhom isiru xogholijiet fil-partijiet komuni. Fl-istess ittra kien intqal li dan kellu jsir meta t-temp jippermetti.

Izda minn dak in-nhar li saret lil din il-wieghda lill-ghadd ta’ familji ghaddew iktar minn sena u nofs u sal-lum baqa ma sar xejn.
Id-deputat Laburista Justyne Caruana, li dwar dan il-kaz ghamlet ukoll sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentari, sostniet mal-Awtorità tad-Djar li wiehed ma jistax jifhem kif in-nies qeghdin ikunu ttratati b’dan il-mod.
“Ma nistax nifhem kif qeghdin tittrataw lil dawn in-nies b’dan il-mod ghaliex dak li rajt b’ghajnejja jiena stess huwa inaccettabbli u nippretendi li tittiehed azzjoni mmedjatament,” kitbet Caruana lill-awtorità fid-19 ta’ Awwissu li ghadda. Hija spjegat ukoll kif minn dak in-nhar li saret il-wieghda l-periklu kompla jizdied. Rapprezentant ta’ l-awtorità wiegeb li “certu policies inbidlu”u zied jghid li “certu xoghol li konna naghmlu bhal tikhil tal-faccati u tibjid ta’ tronob komuni m’ghadux isir.”
Huwa zied jghid li kien se jiccekja ma’ l-awtorita’ jekk setghetx issir xi haga peress li kien hemm wieghda bil-miktub. Izda dwar dan ir-residenti ghadhom bla risposta.
“Huwa ovvju li din kienet wieghda ta’ qabel l-elezzjoni li ma nzammitx. Sal-lum ghadu ma sar xejn u dawn in-nies se jghaddu xitwa ohra bl-istess problemi u periklu,” ziedet tghid Caruana.
Intant Caruana appelat ukoll dwar il-bzonn ta’ lifts f’dawn il-blokki ta’ appartament primarjament minhabba nies anzjani u persuni b’dizabbilità fost ohrajn.