Isptar Ġenerali fosthom twaqqif ta’ radiology unit, xogħol ta’ refurbishment, xiri ta’ apparat u ta’ żewġ ambulanzi ġodda.
Dawn kollha kienu fl-aħħar Baġit u ta’ qablu u skont stqarrija tal-Ministru f’Jannar tal-2007 taħt it-titolu: “2007 sena oħra eċċitanti għal Għawdex” qed jingħad li: “Matul l-2007 se jingħata bidu għal għadd ta’ proġetti oħrajn ta’ tisbiħ fosthom il-proġett ta’ titjib tal-uniku ġnien pubbliku f’Għawdex – il-Villa Rundle – u tal-inħawi taż-Żewwieqa qrib il-port ta’ l-Imġarr, li jinkorpora fih il-yacht marina, l-inħawi tar-ristoranti, iż-żona tas-sajd u t-triq.”
Fl-istess stqarrija jissemma wkoll l-istess diskors dwar l-isptar, tal-waste transfer station, dwejra rehabilitation project. It-toroq, iċ-Ċittadella master plan u ‘so on and so forth’. Wasalna fl-2010 u għad ma rajna xejn. Fl-2006 il-Prim Ministru Gonzi kien qal ukoll: “Lm9 miljuni għall-proġetti kapitali f’Għawdex – riġenerazzjoni tal-ġnien pubbliku ta’ Villa Rundle, ix-xtajta qrib il-Port tal-Imġarr bl-iżvilupp taż-Żewwieqa u żvilupp ta’ bajjiet, ċentru għall-viżitaturi u xogħol ieħor fit-tempji tal-Ġgantija”.
Meta smajt dan id-diskors jien fhimt li dan kellu jibda fl-2007 u mhux qegħdin fuq l-għatba tal-2010 u għadna ma rajna xejn. Dwar il-Villa Rundle niftakar lill-Ministru tgħid waqt id-diskors tagħha fil-wirja ta’ Santa Marija fl-2007 li dik kienet l-aħħar darba li konna se naraw lil dan il-ġnien fl-istat li kien dakinhar. Iktar minn sentejn wara għadu ma beda xejn.
L-istess jingħad għall-proġett taż-Żewwieqa, għax għalkemm fl-istqarrija dwar l-2007 eċitanti tingħata l-impressjoni li dan il-proġett kien se jibda dik is-sena, skont ir-‘records’ tal-MEPA, PA 7759 /07 daħlet fil-21 ta’ Diċembru, 2007 – kważi sena wara u sal-lum għadna ma rajna ebda kambjament f’din iż-żona.
Żgur li iktar minn qatt qabel qed jidher biċ-ċar li dan huwa Gvern reċiklat li ma għandu xejn ġdid x’joffri lill-gżira Għawdxija. Sfortuntatament minħabba din l-inkompetenza, Għawdex qed jaqa’ dejjem lura u fid-dinja tal-lum fejn kulħadd jiġġieled għal postu fis-suq aħna ma nistgħux nibqgħu nitilfu l-opportunitajiet u iktar minn qatt qabel għandna bżonn il-bidla.